L-ALLOKAZZJONI TA’ HWIENET FL-AJRUPORT INTERNAZZJONALI TA’ MALTA
B’riferenza ghal rapporti fl-istampa u fuq il-mezzi tax-xandir dwar l-allokazzjoni ta’ hwienet fl-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta, il-Ministeru tat-Teknologija ta’ l-Informazzjoni u Investiment, filwaqt li ma jixtieqx jikkummenta dwar dan il-kaz b’mod specifiku minhabba li bhalissa hemm proceduri legali ghaddejjin quddiem il-Qrati tal-Gustizzja, ihoss li ghandu jesprimi l-pozizzjoni tal-Gvern dwar il-kontroll u l-operat amministrattiv tal-kumpanija bl-aktar mod car u inekwivoku:
- Il-Gvern ta’ Malta ghandu 40% ta’ l-ishma fil-kumpanija Malta International Airport plc (MIA). Minhabba dan il-fatt il-Gvern m’ghandux kontroll fuq l-operat tal-kumpanija inkluz id-decizjonijiet amministrattivi u finanzjarji li kollha jittiehdu mill-management tal-kumpanija;
- Minkejja dan, il-Gvern, permezz tad-Diretturi nominati minnu, dejjem jishaq illi kull decizjoni li tittiehed mill-kumpanija ma’ tkunx valida biss fuq il-bazi legali izda wkoll tosserva l-principji rikjesti mill-etika professjonali u t-trasparenza fit-tmexxija, kif ukoll li timxi mar-regoli stabbiliti fil-kuntest ta’ corporate governance effettiv f’kumpaniji pubblici; u
- Aktar minn hekk, il-Gvern huwa konxju li kull azzjoni li tiehu l-kumpanija jista’ jkollha impatt fuq il-valur ta’ l-ishma u fuq l-interess ta’ l-azzjonisti li ghandhom il-minoranza ta’ l-ishma fil-kumpanija u, proprju ghalhekk, il-Gvern mhux lest jaccetta sitwazzjonijiet fejn dawn l-interessi jigu b’xi mod pregudikati.
F’dan il-kwadru, il-Gvern esprima d-dubbji serji tieghu dwar il-korrettezza tad-decizjoni mehuda mill-management tal-MIA fir-rigward ta’ allokazzjoni ta’ hanut li illum hu s-suggett tal-kawza imsemmija.
Huwa f’dan il-kuntest li l-Gvern jirrizerva d-drittijiet tieghu li jiehu kwalunkwe azzjoni meqjusa minnu necessarja biex jissalvagwardja l-interessi tieghu bhala azzjonist minoritarju fil-kumpanija.
Other Press Releases:
PR261936
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA I...
PR261935en