Ir-Reġistru Pubbliku aċċessibli 24 siegħa kuljum, sebat ijiem fil-ġimgħa
PR89
24/01/2003
| Il-Ministru ta’ l-Intern u l-Ambjent, l-Onor. Dr. Tonio Borg flimkien | mal-Ministru għall-Ġustizzja u Gvern Lokali, l-Onor. Dr. Austin Gatt, il-bieraħ niedew servizz ieħor ta’ e-Government. Is-servizz li tnieda huwa s-servizz li permezz tiegħu issa persuna tkun tista’ tapplika biex tikseb iċ-ċertifikati tar-Reġistru Pubbliku permezz tal-Internet. |
| Fid-diskors tiegħu, il-Ministru Austin Gatt fisser | li dan kien wieħed mis-servizzi fejn hemm domanda qawwija għalih. Dr. Gatt kompla li llum ninsabu f’pożizzjoni li nistgħu noffru dan is-servizz b’mod elettroniku għax kien hemm żvilupp fi ħdan id-dipartiment fejn dan ġie kompjuterizzat kompletament. |
| Dan kien wieħed mill-proġetti ewlenin u importanti | bħala target fi ħdan il-proġett eEurope+. Fil-fatt il-Ministru Gatt reġa’ wera l-impenn tiegħu li minn April li gej, 90% tas-servizzi tal-Gvern ser jkunu online u dan ipoġġina fuq quddiem fost il-pajjiżi applikanti anke quddiem uħud mill-pajjiżi li huma diġà membri. |
| Austin Gatt spjega li dan is-servizz huwa importanti | kemm għall-pubbliku Malti kif ukoll għall-emigranti, minħabba li anke l-Maltin li jkunu jgħixu barra, issa jistgħu jakkwistaw iċ-ċertifikati billi japplikaw on-line. Mingħajr dubju, illum nistgħu ngħidu li r-Reġistru Pubbliku huwa aċċessibbli 24 siegħa kuljum, sebat ijiem fil-ġimgħa. |
| Dr. Austin Gatt fisser li dan kien servizz li nbena | għall-ewwel darba kompletament mill-privat. Fil-fatt bħala parti mill-politika ġdida tal-Gvern biex il-privat jiżviluppa s-servizzi tal-Gvern, Dr.Gatt ħabbar li fil-jiem li ġejjin mistenni jiġi konkluż ftehim mal-Kamra tal-Kummerċ biex issir outsourcing policy, sabiex insaħħu s-settur privat lokali. |
| Il-Ministru Gatt, qal li f’dan il-qasam “għandna | viżjoni u strateġija ċara. Filwaqt li għandna bażi ta’ investiment b’saħħitha, illum is-servizz pubbliku qed jifhem il-ħtieġa li l-klijent, iċ-ċittadin ikun il-prijorità tas-servizz li jingħata." |
| Il-Gvern, kompla Dr. Gatt, huwa deċiż li pajjiżna | jkun ċentru ta’ eċċellenza fil-qasam kollu tal-ICT, u li m’għandu ebda dubju li dak kollu li sar anke fil-qasam tal-eGovernment huwa xempju tajjeb għall-futur, fejn bħala membri sħaħ ta’ l-Unjoni Ewropea, jkollna funding qawwi għall-iżvilupp ta’ sistemi oħra bħal din. |
| Il-Ministru Tonio Borg min-naħa tiegħu spjega li | matul is-sena l-oħra kien hemm it-talba għal 113,000 ċertifikat, mir-Reġistru Pubbliku. Il-Ministru Borg fisser li jinsab konvint li dan sar grazzi għall-proċessi ta’ modernizzazzjoni li saret, kif ukoll wara l-ħidma li saret biex is-servizzi jibdew jingħataw b’mod iktar effiċjenti. |
Stqarrijiet Oħra:
PR261932
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-GVERN LOKALI U X-XOGĦLIJIET PUBBLIĊI Kważi n...
PR261931