Left arrow Go Back

Ir-Reġistru Pubbliku aċċessibli 24 siegħa kuljum, sebat ijiem fil-ġimgħa

PR89
Date Icon 24/01/2003
Il-Ministru ta’ l-Intern u l-Ambjent, l-Onor. Dr. Tonio Borg flimkienmal-Ministru għall-Ġustizzja u Gvern Lokali, l-Onor. Dr. Austin Gatt, il-bieraħ niedew servizz ieħor ta’ e-Government. Is-servizz li tnieda huwa s-servizz li permezz tiegħu issa persuna tkun tista’ tapplika biex tikseb iċ-ċertifikati tar-Reġistru Pubbliku permezz tal-Internet.
Fid-diskors tiegħu, il-Ministru Austin Gatt fisserli dan kien wieħed mis-servizzi fejn hemm domanda qawwija għalih. Dr. Gatt kompla li llum ninsabu f’pożizzjoni li nistgħu noffru dan is-servizz b’mod elettroniku għax kien hemm żvilupp fi ħdan id-dipartiment fejn dan ġie kompjuterizzat kompletament.
Dan kien wieħed mill-proġetti ewlenin u importantibħala target fi ħdan il-proġett eEurope+. Fil-fatt il-Ministru Gatt reġa’ wera l-impenn tiegħu li minn April li gej, 90% tas-servizzi tal-Gvern ser jkunu online u dan ipoġġina fuq quddiem fost il-pajjiżi applikanti anke quddiem uħud mill-pajjiżi li huma diġà membri.
Austin Gatt spjega li dan is-servizz huwa importantikemm għall-pubbliku Malti kif ukoll għall-emigranti, minħabba li anke l-Maltin li jkunu jgħixu barra, issa jistgħu jakkwistaw iċ-ċertifikati billi japplikaw on-line. Mingħajr dubju, illum nistgħu ngħidu li r-Reġistru Pubbliku huwa aċċessibbli 24 siegħa kuljum, sebat ijiem fil-ġimgħa.
Dr. Austin Gatt fisser li dan kien servizz li nbenagħall-ewwel darba kompletament mill-privat. Fil-fatt bħala parti mill-politika ġdida tal-Gvern biex il-privat jiżviluppa s-servizzi tal-Gvern, Dr.Gatt ħabbar li fil-jiem li ġejjin mistenni jiġi konkluż ftehim mal-Kamra tal-Kummerċ biex issir outsourcing policy, sabiex insaħħu s-settur privat lokali.
Il-Ministru Gatt, qal li f’dan il-qasam “għandnaviżjoni u strateġija ċara. Filwaqt li għandna bażi ta’ investiment b’saħħitha, illum is-servizz pubbliku qed jifhem il-ħtieġa li l-klijent, iċ-ċittadin ikun il-prijorità tas-servizz li jingħata."
Il-Gvern, kompla Dr. Gatt, huwa deċiż li pajjiżnajkun ċentru ta’ eċċellenza fil-qasam kollu tal-ICT, u li m’għandu ebda dubju li dak kollu li sar anke fil-qasam tal-eGovernment huwa xempju tajjeb għall-futur, fejn bħala membri sħaħ ta’ l-Unjoni Ewropea, jkollna funding qawwi għall-iżvilupp ta’ sistemi oħra bħal din.
Il-Ministru Tonio Borg min-naħa tiegħu spjega limatul is-sena l-oħra kien hemm it-talba għal 113,000 ċertifikat, mir-Reġistru Pubbliku. Il-Ministru Borg fisser li jinsab konvint li dan sar grazzi għall-proċessi ta’ modernizzazzjoni li saret, kif ukoll wara l-ħidma li saret biex is-servizzi jibdew jingħataw b’mod iktar effiċjenti.

www.certifikati.gov.mt

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-GVERN LOKALI U X-XOGĦLIJIET PUBBLIĊI Kważi nofs miljun ewro f’10 proġetti ta’ playing fields u spazji ta’ rikreazzjoni f’Malta u Għawdex

PR261932

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-GVERN LOKALI U X-XOGĦLIJIET PUBBLIĊI Kważi n...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI Żewġ abbozzi leġiżlattivi biex tkompli tissaħħaħ il-ġlieda kontra l-vjolenza fuq in-nisa u l-vjolenza domestika

PR261931

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI Żewġ abbozz...

More Press Releases Right arrow