Left arrow Mur Lura

IL-PROGRAMM CULTURE 2000 JGĦIN SABIEX JITWETTQU PROĠETTI KULTURALI ĠODDA

pr889
Date Icon 18/07/2003
L-UnjoniEwropea, permezz tal-programmi tagħha qed tgħin biex ikunu jistgħu jseħħu proġetti kulturali li qabel ma setgħux jsiru.
Metakien qed jitkellem waqt konferenza ta’ l-aħbarijiet waqt it-tnedija tat-3 Island Project, il-Ministru għaż-Żgħażagħ u l-Kultura, l-Onor. Jesmond  Mugliett, qal li l-programm Culture 2000 tal-UE qiegħed jagħti spinta qawwija lill-qasam tad-drama f’Malta.
It-3Island project qiegħed jġib flimkien 3 ċentri u organizzazzjonijiet ta’ drama li huma St. James Cavalier f’Malta, is-Cyprus Theatre Organisation u n-Kneehigh Theatre Company ta’ Cornwall fl-Ingilterra. Dawn qed itellgħu spettaklu teatrali fuq 3 snin, bl-ewwel wieħed jittella f’Malta għall-bidu ta’ Ottubru matul il-Birgu Fest.
“Hemmmin jistaqsi kif l-Unjoni Ewropea tista’ tgħin il-Kultura tal-pajjiżi membri. Il-programm Culture 2000 qiegħed jagħmel proġetti bħat-3 Island Project possibbli. L-ewwel fażi ta’ dan l-proġett ser tqum Lm47,000 – b’nofs dan l-ammont jiġi minn Culture 2000,” żied il-Ministru Mugliett.
Huwaqal li l-enfażi ta’ Culture 2000 din is-sena kienet fuq id-drama u Malta irnexxiela tisfrutta dan il-fattur permezz ta’ dan il-proġett ambizzjuż.
Il-Ministrugħaż-Żgħażagħ u l-Kultura qal li l-programm Culture 2000 ma jgħinx fit-tkattir tal-kultura permezz tal-fondi li jgħaddi biss, iżda anke permezz tal-filosofija li huwa msejjes fuqha. “Culture 2000 huwa ibbażat fuq is-sħubija u jgħin sabiex jiġu ffurmati sinerġiji ġodda bejn organizzazzjonijiet f’pajjiżi differenti biex jkunu sfruttati opportunitajiet ġodda,” żied jgħid il-Perit Mugliett.
Hurringrazzja lil dawk kollha li kienu involuti biex jinbeda t-3 Island Project f’Malta – il-British Council permezz tal-kuntatti tiegħu, il-Kunsill Lokali tal-Birgu li għaraf li jista’ jsaħħaħ l-identita` tal-belt tiegħu permezz tal-kultura, kif ukoll l-Awtorita` tat-Turiżmu li ntegrat l-avveniment li ser isir f’ Malta bħala parti mill-Birgu Fest.
Il-MinistruMugliett temm billi qal li dan il-proġett ser iħalli wirt warajh – dak li l-kultura tissaħħaħ permezz ta’ sħubija. Huwa awgura li t-3 Island Project jkun biss l-ewwel minn bosta sinerġiji oħra fil-futur.
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Inawgurat bust ta’ Ġorġ tal-Mużew fl-Isptar Mater Dei b’tifkira tal-ħidma tiegħu fost dawk vulnerabbli

PR261936

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA I...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERATION OF THE GRAND HARBOUR  ERA launches anniversary publication: A decade of protecting Malta’s natural future

PR261935en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERAT...

Aktar Stqarrijiet Right arrow