Servizz ieħor ta’ l-mGovernment: 7,600 student jirċievu r-riżultati ta’ l-eżamijiet bl-SMS
pr887
18/07/2003
| L-istudenti li qagħdu għall-eżamijiet | fil-Livelli Ordinarju u Avvanzat tal-MATSEC jew ta’ l-Universitajiet Ingliżi għall-ewwel darba din is-sena rċevew ir-riżultati ta’ l-eżamijiet permezz tal-mobile phone tagħhom. |
| Sebat | elef u sitt mitt student irreġistraw għas-servizz ta’ l-mGovernment li permezz tiegħu kandidati għal eżamijiet pubbliċi jistgħu jirreġistraw biex ir-riżultati ta’ l-eżamijiet jingħatalhom bl-SMS fuq il-mobile phone mingħajr ma jkollhom għalfejn jistennew għall-aħbar bil-posta. |
| Dan | hu t-tielet servizz ta’ l-mGovernment li qed ikun offrut lill-pubbliku iżda l-ewwel wieħed li jolqot daqshekk volum ta’ nies li jużawh. Is-servizzi l-oħra li diġà qed jintużaw huma: |
· is-servizz lill-avukati u lil dawk li jaħdmu l-Qorti li jistgħu jirċievu bl-SMS notifiki ta’ differimenti ta’ kawżi u
· is-servizz lis-sidien ta’ liċenzji tan-negozju li jistgħu jirċievu l-avviż li waslet biex tiskadielhom il-liċenzja fuq il-mobile phone tagħhom.
| L-istudenti | li rċevew ir-riżultati ta’ l-eżamijiet permezz tas-servizz ta’ l-m-Government tnaqqsilhom il-ħin ta’ l-istennija u tat-tensjoni li bil-fors takkumula minħabba li r-riżultati bil-posta jieħdu ħinijiet differenti biex jitwasslu f’destinazzjonijiet differenti. |
| Il-proġett | ta’ l-mGovernment hu parti mill-inizjattiva ta’ l-eGovernment immexxija mill-Ministeru għat-Teknoloġija ta’ l-Informazzjoni u l-Investiment. Dan il-proġett jaħseb biex servizzi elettroniċi li qed jiġu żviluppati fil-Gvern biex il-pubbliku jinqeda permezz ta’ l-Internet, ikunu jistgħu jinkisbu wkoll permezz tal-mobile phone. B’hekk is-servizzi jintlaħqu minn ferm aktar nies. Sebgħa u tmenin fil-mija tal-popolazzjoni Maltija għandha mobile phone u kull persuna tibgħat medja ta’ ħames SMS kuljum. Dan hu minnu nnifsu rekord Ewropew li juri l-potenzjal tas-servizzi ta’ l-mGovernment f’Malta. |
| Dan | il-proġett hu parti mill-isforz tal-Gvern li kemm jista’ jkun kulħadd ikollu aċċess għas-servizzi elettroniċi tal-Gvern, u m’hux biss dawk li għandhom kompjuter u Internet id-dar jew fuq il-post tax-xogħol. Is-servizzi elettroniċi tal-Gvern jistgħu jinkisbu wkoll mill-Internet Centres f’kull Kunsill Lokali jew mill-Webphones li qed jintramaw mill-Gvern f’kull pjazza ewlenija f’kull raħal f’Malta u Għawdex. Minbarra dan, is-servizzi elettroniċi tal-Gvern issa qed jingħataw ukoll permezz tal-mobile phones li huma f’idejn prattikament kulħadd, anke min m’għandux jew ma jafx juża l-kompjuter. |
| Il-Ministru | Austin Gatt fakkar li l-mGovernment hi innovazzjoni Maltija li tuża teknoloġija żviluppata lokalment li tassigura kunfidenzjalità ta’ l-informazzjoni. Fil-fatt il-proċess li bih tintbagħat l-informazzjoni fuq il-mobile phone ta’ min talabha hu ghal kollox awtomatiku u ma jinvolvi ebda intervent uman. |
| Il-proġett | ta’ l-mGovernment qed isir bil-koperazzjoni taż-żewġ operaturi tal-mobile li jaħdmu f’Malta: il-Vodafone u l-Go Mobile. Din l-inizjattiva fil-fatt ġabet fid-deher is-suċċess tal-Gvern li jqarreb kompetituri fis-setturi tal-komunikazzjoni u t-teknoloġiji biex jinġibed ħabel wieħed fl-interess tal-Maltin. |
| Il-proġett | Malti ta’ l-mGovernment qed tintuża mill-Unjoni Ewropea bħala mudell għal pajjiżi oħra. L-inizjattiva ta’ l-mGovernment kienet ippremjata mill-Kummissjoni Ewropea bħala best practice model għall-pajjiżi Ewropej biex jintuża ħalli l-Ewropa tilħaq l-oġġettivi ta’ l-eEurope 2005 biex l-Ewropa ssir l-aktar parti tad-dinja li tuża bil-għaqal it-teknoloġiji biex tittejjeb il-kwalità tal-ħajja ta’ kulħadd. |
| “L-istudenti | li rċevew ir-riżultati tagħhom bl-SMS matul dawn l-aħħar ftit jiem jixhdu l-potenzjal ta’ dawn is-servizzi elettroniċi permezz tal-mobile phone. Is-suċċess ta’ din l-inizjattiva jtina sodisfazzjon u kuraġġ biex inkomplu napplikaw din it-teknoloġija għat-titjib ta’ ħajjet il-Maltin,” qal il-Ministru Gatt. “Fost servizzi oħra li issa jmiss napplikaw fil-programm ta’ l-m-Government hemm is-sistema li biha min jirċievi pagamenti relatati mas-Sigurtà Soċjali jirċievi l-avviż tal-pagament bl-SMS minflok jistenna l-posta. |
Other Press Releases:
PR261936
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA I...
PR261935en