Is-Segretarju Parlamentari Edwin Vassallo jindirizza Seminar dwar l-Imprenditorija
pr886
18/07/2003
| “Ma | nistgħux nibqgħu ngħabbu n-negozji żgħar bil-piżijiet kollha li noħolmu bihom”. Dan kien il-qofol tal-messaġġ li għadda s-Segretarju Parlamentari fil-Minsiteru tal-Finanzi u Affarijiet Ekonomici, l-Onor. Edwin Vassallo, meta kien qed jindirizza konferenza li gabet flimkien diversi uffiċċjali għolja minn Awtoritajiet u Dipartimenti tal-Gvern, li jagħtu servizz lis-settur tan-negozju. Din il-konferenza, bħala suġġett tad-diskussjoni, kellha d-dokument ippubblikat mill-Unjoni Ewropea ‘Thinking Small in an Enlarging Europe’. |
| Kif | jista’ jidher mill-istess dokument, l-Unjoni Ewropea qed tqanqal lill-Pajjiżi membri u dawk applikanti għas-sħubija, biex kemm-il darba flimkien sa’ l-2010, iridu jagħmlu mill-Ewropa l-iżjed ekonomija kompetittiva u dinamika, bħala Gvernijiet iridu jaraw kif jgħinu lin-negozji ż-żgħar jaħdmu aħjar, b’inqas xkiel ta’ burokrazija u anqas spejjeż. |
| Dan id-dokument kien diskuss minn dawk kollha preżenti | u serva tajjeb bħala bażi ta’ riflessjoni dwar kemm f’pajjiżna qegħdin naslu li bħala Dipartimenti u Awtoritajiet, inwettqu f’dan ir-rigward dak li qed titlob minnha l-istess Unjoni Ewropea. Is-Segretarju Parlamentari Vassallo, f’din il-Konferenza talab lil dawk preżenti sabiex ikunu kapaċi jevalwaw kontinwament id-deċiżjonijiet tagħhom kif qegħdin jolqtu lil min hu żgħir fin-negozju. |
| “Jekk | irridu nirnexxu bħala pajjiż, u nieħdu l-aktar li nistgħu minn din l-esperjenza ġdida, ta’ pajjiż parti minn ekonomija ferm akbar, ma nistgħux nibqgħu xorta waħda naħsbu għal rasna u nibqgħu niddeċiedu daqs li kieku aħna qegħdin waħedna fit-tellieqa tal-ħolqien tax-xogħol, impjiegi u ġid. M’aħniex aktar waħedna! Anzi aħna pajjiż parti minn unjoni ta’ pajjiżi oħra, li ngħaqqadna flimkien biex inkunu kapaċi noħolqu x-xogħol u mpjiegi ġodda. Għaldaqstant irridu nifhmu li l-ħidma tagħna qegħdha tkun imkejla anke minn pajjiżi oħra, issa sħabna, sabiex flimkien naraw li pajjiżna qed jifhem aħjar x’inhuma l-obbligi tiegħu f’dan il-patt ġdid li daħal għalih. Pajjiżi oħra ser ikunu qegħdin jimplementaw din il-Politika kif qed tidher f’dan id-dokument, u qed jindunaw li b’dak li qed jagħmlu huma, sejrin tajjeb. Bħala pajjiż aħna ma nistgħux naqgħu lura u nibqgħu inżommu mal-mentalita’ tal-politika li issa għadda żmienha, li kienet politika li dejjem tefgħat piżijiet fuq in-negozji ż-żgħar, u warrbet fil-ġenb lin-negozji ż-żgħar u qatt ma stmat lin-negozji ż-żgħar. |
| Din | il-folja issa trid tintesa, in-negozji kollha għandhom ikunu meqjusa bħala l-imsieħba ewlenin tal-Gvern fil-ħolqien tax-xogħol. Il-Gvern mhux obbligat jagħmel preferenza, m’huwiex obbligat jinsa jew iħassar dak li ma jkunx sewwa, iżda huwa obbligat li jara li jtejjeb kontinwament is-servizzi tiegħu lil min qiegħed fin-negozju, biex dawn is-servizzi jservu ta’ gwida għal min hu fin-negozju. |
| Fikom | l-uffiċċjali ta’ diversi Dipartimenti u Awtoritajiet, jiena nara is-support services tal-Gvern. Intom qed tiġu msejjħa biex taraw kif ikollkom servizz li kapaċi jisma’ aħjar lil min hu żgħir fin-negozju, irridu ngħinukom tkunu kapaċi taqsmu l-esperjenzi tajbin (good practice) flimkien, taraw kif tħarrġu u tgħallmu lis-settur kummerċjali li jinqeda mingħandkom, id-dmirijiet li għandu skond il-liġi. |
| Flimkien | irridu nagħmlu sforz biex is-sena li ġejja tkun sena dedikata għat-taħriġ ta’ dawk li qegħdin fl-imprenditorija. Kif ukoll irridu nibdew nagħtu taħriġ lil dawk kollha li jaħdmu fis-servizz pubbliku ukoll f’din li għandha tissejjaħ is-sena ta’ l-intraprenditorija (Entrapreneurship). |
| Is-sena li ġejja għandha tkun sena ta’ | riżultati. Tkun bdiet taħdem il-Malta Enterprise bi skopijiet u oggettivi kompletament ġodda li tiġbor fi ħdanha l-interessi ta’ l-intrapriża kollha f’Malta u Għawdex. Irridu nkunu wasalna biex nibdew nimplimentaw il-ħidma tar-Regulatory Impact Assesment Unit, li qed tiġi mfassla biex tkun kapaċi tevalwa l-impatt tad-deċiżjonijet legali u amministrattivi fuq is-settur tas-self-employed u negozji żgħar. |
| Meta | qegħdin nieħdu ħsieb b’dan il-mod lin-negozji ż-żgħar, qed nagħmlu l-ħajja ukoll eħfef għan-negozji kbar, kif ukoll biex naraw li n-negozji ż-żgħar jirnexxu irridu nikkomplimentaw din il-ħidma ma’ attenzjoni speċifika għan-negozji l-kbar. Din il-laqgħa ta’ llum għandha titqies bħala l-bidu ta’ ħidma li nawgura li għandha twassal biex f’pajjiżna nimmaturaw flimkien fil-mentalita’ mprenditorjali entrepreneurial culture. B’din il-ħidma u b’din l-attenzjoni nawgura li pajjiżna jkun minn ta’ quddiem fost il-pajjiżi kollha f’dik li għandha tkun il-ħidma u attenzjoni lejn in-negozji ż-żgħar“, temm jghid l-Onor. Edwin Vassallo. |
Other Press Releases:
PR261936
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA I...
PR261935en