Wirja ta’ Proġetti mill-Istitut ta’ l-Arti u Disinn ta’ l-MCAST
pr883
17/07/2003
| Il-Ministru | ta’ l-Edukazzjoni Louis Galea inawgura wirja ta’ proġetti ta’ l-istudenti ta’ l-Istitut ta’ l-Arti u Disinn – MCAST li ittellgħet fiċ-Ċentru għall-Kreattivita’ fil-Kavallier ta’ San Gakbu. Il-wirja se tibqa miftuħa għall-pubbliku sa l-20 ta’ Lulju 2003. |
| Din | il-wirja hi ta’ interess partikolari għal dawk il-persuni li għandhom intenzjoni japplikaw għal xi wieħed mill-korsijiet ta’ l-Istitut ta’ l-Arti u Disinn li jinsab f’Targa Gap kif ukoll għal dawk kollha li jixtiequ jsiru jafu aktar dwar dak li wieħed jista’ jitgħallem f’dan l-istitut. F’Settembru li ġej se jiftħu diversi korsijiet li jinkludu korsijiet preparatorji u diversi programmi ta’ l-Edexcel BTEC b’kwalifiki internazzjonali. F’din il-wirja qed jittellgħu diversi xogħlijiet mill-oqsma differenti ta’ l-Istitut. Fost ix-xogħlijiet hemm xogħol tal-metall bħal l-arloġġ innovattiv ta’ Diane Buttigieg, u żewġ vażuni li huma rifless identiku ta’ xulxin iddisinjati minn Tara Calleja biex jintużaw ukoll minn persuni xellugin. Hemm ukoll xogħlijiet 3D fosthom ix-xogħol ta’ Nadege Cassar - ‘Body Ornament’, dak ta’ Massimo Grima - ‘Head Piece’, ta’ Emenda Muscat - ‘Textile Art Dress’, ta’ Geneva Corlett - ‘Fantasy Wear in Metal’, ta’ Kenneth Chircop - ‘Platters’ u ta’ Angelique Catania ‘Rough and Smooth Ceramic Pieces’ fost oħrajn. |
| Hemm | ukoll headresses ta’ Maria Christina De Carlo u Alexia Buttigieg, maskla irrakkmata ta’ Annalise Caruana u ‘Skultura fil-Ġebla’ ta’ Rosabelle Pulis. |
| Din | il-wirja għandha tkun opportunita’ għall-publiku biex jaraw il-livell u l-kwalita’ tat-tagħlim li jiksbu l-istudenti ta’ l-Istitut ta’ l-Arti u Disinn li hu rifless fix-xogħlijiet li hemm għall-wiri. |
| Fl-Inawgurazzjoni | il-Ministru Louis Galea tkellem dwar ix-xogħol eċċellenti li qed isir fl-Istitut ta’ l-Arti u Disinn ta’ l-MCAST. Hu qal li l-Kulleġġ irnexxielu jibni fuq it-tajjeb li diġa kien jeżisti u fl-istess ħin jagħti l-ispinta meħtieġa f’dan il-qasam. Il-Ministru saħaq li b’hekk illum l-MCAST u l-Istitut ta’ l-Arti u Disinn huma fost l-għażliet li wieħed jikkonsidra serjament meta jkun qed ifassal il-karriera tiegħu. Il-Ministru Galea qal li din is-sena l-MCAST se jkompli jikber u se jkun qed jinkorpora fih tliet istituti ġodda, l-Istitut ta’ l-Inġinerija Mekkanika, L-Istitut ta’ l-Agrikummerċ u l-Istitut tas-Servizzi fil-Kommunita’. Louis Galea qal li l-MCAST qed ikompli bil-programm ta’ investiment kapitali ta’ Lm 1.5m biex itejjeb il-faċilitajiet li hemm għall-istudenti. Il-Kampus ta’ l-Istitut ta’ l-Arti u Disinn kien wieħed mill-ewwel proġetti tal-Kulleġġ u ammont sostanzjali ta’ flus kienu investiti biex il-Kampus ikollu l-apparat u r-riżorsi meħtieġa għall-istudenti. Il-Ministru Louis Galea feraħ lill-istudenti għax-xogħlijiet tagħhom u awgura li jkun hemm ħafna studenti prospettivi li jiġu ispirati minn dawn ix-xogħlijiet. |
Stqarrijiet Oħra:
PR261936
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA I...
PR261935en