Il-PREMJU PEOPLE MANAGEMENT AND SATISFACTION 2002
pr882
17/07/2003
| L-HSBC | Bank Malta p.l.c. u Alf Mizzi & Sons (Marketing) Group rebħu l-People Management and Satisfaction Award 2002. Dan il-premju huwa mogħti mill-Korporazzjoni għax-Xogħol u Taħriġ lil organizzazjonijiet li juru eċċellenza fit-tmexxija fi proċess biex ikomplu jikbru u jimxu ’l quddiem skond linji adottati mill-European Foundation for Quality Management (EFQM). Il-Korporazzjoni għax-Xogħol u Taħriġ hi membru tal-EFQM. |
| Il-Ministru | ta’ l-Edukazzjoni, l-Onor. Louis Galea, ippreżenta l-Premju lir-rebbieħa f’ċerimonja li saret fil-bini tal-Kamra tal-Kummerċ, il-Belt Valletta. |
| F’diskors | li għamel, l-Ministru Louis Galea fisser kif l-iskop ta’ dan il-premju jaqbel ħafna mal-missjoni tal-Ministeru ta’ l-Edukazzjoni, dak li jippromwovi t-tagħlim u li jassigura li dan jorbot ma’ l-iżvilupp soċjali u ekonomiku tal-pajjiż. Huwa qal li dan il-Premju jingħata fi sfond ta’ żviluppi fuq livell internazzjonali kif ukoll prijoritajiet fil-politika nazzjonali bl-iskop li jinkoraġġixxi lill-kumpaniji Maltin jilqgħu l-isfidi ta’ dawn iż-żewġ realtajiet. |
| Il-Ministru | Galea kompla jgħid li t-tkabbir mgħaġġel tal-kummerċ internazzjonali, l-investiment barrani dirett, l-Informazzjoni Teknoloġika u t-trasport jitolbu mill-kumpaniji Maltin li jkunu ħabbrieka, effettivi u kompetittivi. Biex wieħed jegħleb kompetizzjoni fuq livell internazzjoni mhux biżżejjed li joħloq prodott lokali u jipprova jbiegħu barra minn Malta. Dan jfisser li jkun hemm bżonn li jtejjeb il-valur tiegħu anki billi jikkometti ruħu li jsaħħaħ il-kapaċitajiet organizzattivi tiegħu. Il-Ministru Galea fisser li dan il-fattur huwa d-DNA tal-kompetittivita’. |
| Il-Ministru | ta` l-Edukazzjoni qal li biex kumpaniji Maltin jirnexxu f’ekonomija ibbażata fuq it-tagħlim jridu jsiru organizzazjonijiet li jemmnu fit-tagħlim u t-taħriġ. B’dan il-mod ikunu jistghu jsiru aktar flessibbli, kreattivi u jirrispondu ghall-bidliet fil-waqt opportun. |
| Louis Galea | kompla jgħid li f’dawn l-aħħar ħmistax-il-sena, in-numru ta’ gradwati kiber b’ħames darbiet u tnejn minn kull tlieta, jew aktar, minn dawk li jtemmu l-istudji tagħhom f’livell sekondarju qed jagħżlu li jkomplu jistudjaw f’livell terzjarju. In-numru ta’ adulti li qed ikomplu jistudjaw żdied ukoll kif żdied in-numru ta’ dawk li qed jitħarrġu fit-Teknologija tal-Kommunikazzjoni u l-Informatika. |
| Il-Ministru | ta` l-Edukazzjoni kompla jgħid li għalkemm ħafna aktar kumpaniji qed jagħrfu l-ħtieġa tat-taħriġ kontinwu, għad fadal triq twila x’interrqu. Skond stħarriġ li sar sentejn ilu fost 1,683 intrapriża b’għaxar ħaddiema jew aktar li jħaddmu bejniethom 91,976 jew 59% ta’ dawk kollha li jaħdmu, instab li 59% qalu li jipprovdu taħriġ lill-ħaddiema. Madankollu, minn dawn, 14% biss kellhom pjan bil-miktub jew xi tip ta’ programm ta’ taħriġ għall-ħaddiema tagħhom. Il-Ministru Galea qal li filwaqt li dawn huma figuri li ma jaqtgħulekx qalbek, wieħed jinnota diskrepanza minn sezzjoni għal oħra tal-ħaddiema. Fost il-kumpaniji li jinsabu fuq quddiem fit-taħriġ kontinwu lill-ħaddiema tagħhom, hemm l-intermedjaturi finanzjarji, dawk li jipprovdu servizz, lukandi u restoranti, trasport, dawk li jipprovdu faċilitajiet ta’ ħażna u kumpaniji fil-qasam tal-komunikazzjoni. |
| Il-Ministru | Galea qal li numru anqas ta’ nisa li jaħdmu jfisser ħela ta’ investiment kapitali u Edukattiv. F’Marzu ta’ din is-sena il-persentaġġ ta’ nisa li jaħdmu f’Malta u f’Għawdex kien ta’ 34.2% . Dan il-persentaġġ huwa baxx meta mqabbel mal-74.8% ta` l-irġiel li għandhom impjieg. Għalkemm ir-rata ta’ nisa li jaħdmu qed tiżdied bil-mod imma konstantament, xorta waħda għadha baxxa meta mqabbla ma’ pajjiżi membri ta` l-Unjoni Ewropea u mad-9 pajjiżi l-oħra li se jissieħbu. Il-Ministru Louis Galea qal li minkejja li issa ilhom snin twal jingħataw l-istess opportunitajiet edukattivi daqs l-irġiel, ħafna nisa għadhom jabbandunaw l-impjieg tagħhom f’nofs karriera. |
| Il-Ministru | tenna li l-irġiel b’mod generali, l-Istat u partikolarment min iħaddem għandhom rwol importanti biex jiffaċilitaw il-possibilita’ reali li l-mara tkun tista` tikkombina d-dinja tax-xogħol u dik tal-familja. Is-soċjeta’ trid tqis u tapprezza ukoll il-valur tax-xogħol li jsir mingħajr ħlas minn eluf ta’ nisa partikolarment mill-ommijiet kemm biex jitrabbew l-ulied kif ukoll f’oqsma oħra ta’ kura. Hu qal li ż-żieda fl-ammont ta’ nisa fuq il-postijiet tax-xogħol hi inevitabbli madankollu hemm prezz li jrid jitħallas kemm bħala impatt fuq il-familja kif ukoll bħala provvediment ta’ strutturi u programmi soċjali ta’ appoġġ adegwati. Fl-istess ħin hemm bżonn li innaqqsu t-telf ta’ investiment, esperjenza u kapaċita’ li jsir kull meta mara tgħażel li titlaq mid-dinja tax-xogħol biex tibda tieħu hsieb it-tfal jew xi membru ieħor tal-familja. |
| Quddiem | dawn ir-realtajiet u fit-triq lejn is-sħubija fl-Unjoni Ewropea, il-Gvern Malti flimkien mal-Kummissjoni Ewropea fl-2001 stabbilew numru ta' miri li jridu jintlaħqu f’dokument imsejjah Joint Assessment Paper (JAP) – dwar il-prijoritajiet tal-politika dwar l-impjiegi f’Malta. Waħda mis-sitt prijoritajiet kienet appuntu l-ħtieġa li jkun hemm aktar ħaddiema mħarrġa biex b’hekk tiżdied il-produttivita’ u jkun hemm biżżejjed ħaddiema f’oqsma li jkunu jeħtieġuhom. |
| Il-Ministru | Galea fisser kif f’dawn l-aħħar snin il-Gvern indirizza din l-isfida permezz tal-politika li ħaddem mżewġa ma’ għadd ta’ inizjattivi. Semma bħala eżempju l-istess Korporazzjoni għax-Xogħol u t-Taħriġ li qed tipprovdi għad ta’ programmi ta’ taħriġ għal dawk li jaħdmu u għal dawk li m’għandhomx impjieg. L-istess Korporazzjoni tinsab ukoll fl-istadju finali fit-tħejjija ta’ dokument dwar l-Iżvilupp tar-Rizors Uman għat-tliet snin li ġejjin. Barra minn hekk, il-Ministeru ta` l-Edukazzjoni waqqaf kumitat ministerjali biex ifassal politika nazzjonali dwar it-taħrig tul il-hajja filwaqt li l-Fondazzjoni għal Servizzi Edukattivi qed tippromwovi taħriġ fuq livell ta’ komunita’ fl-istess waqt li tipprovdi tagħlim bl-iskop li jonqos l-illiteriżmu. It-twaqqif ta` l-MCAST u ż-żieda fil-budget tiegħu għal din is-sena juri li l-Gvern huwa ħerqan li jipprovdi kull opportunita’ biex ħafna aktar Maltin u Għawdxin jibqgħu jitħarrġu. Barra minn hekk il-Gvern permezz tal-Ministeru ta` l-Edukazzjoni u dak responsabbli mill-Informazzjoni Teknoloġika, nieda bosta inizjattivi biex aktar nies jitħarrġu f’dan il-qasam. |
| Il-Ministru | Louis Galea qal li fost il-miri li kull membru ta` l-UE mistenni li jilħaq hemm rata akbar ta' taħriġ għal ħaddiema mingħajr sengħa u ż-żieda għal 80% ta’ dawk ta’ bejn il-25 u l-64 sena u li jkollhom ta’ l-anqas livell post sekondarju. Mira oħra hija żieda fil-parteċipazzjoni ta’ adulti fi programmi edukattivi u ta’ taħriġ. Huwa qal li l-UE tgħin lill-pajjiżi msieħba jilħqu dawn il-miri permezz tal-Fond Soċjali Ewropew. Huwa qal li l-Gvern ma jistax jilħaq dawn il-miri mingħajr l-għajnuna u s-sehem tal-partijiet soċjali kollha. |
| Preżenti | għaċ-ċeremonja ta’ l-għoti ta’ dan il-premju kien hemm Dr. Robert Tufigno, Chairman ta` l-ETC, kif ukoll uffiċjali oħra mill-istess korporazzjoni. |
Matul din iċ-ċeremonja ġie mniedi l-PMSA 2003. L-applikazzjonijiet għal dan il-premju huma diġa’ miftuha. Aktar informazzjoni tinkiseb mingħand is-Sur Paul Borg, Senior Executive, Promotion of Programmes and Schemes, ETC, paulb@etc.org.mt, Tel. 2220 1219.
Other Press Releases:
PR261936
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA I...
PR261935en