Left arrow Mur Lura

RAPPORT DWAR L-EFFIĊJENZA TAL-KUNSILLI LOKALI

pr880
Date Icon 17/07/2003
Id-Dipartimenttal-Kunsilli Lokali ppubblika u qed iqassam lill-Kunsilli Lokali it-tielet Rapport għas-sena 2002 dwar l-Effiċjenza tal-ħidma tal-Kunsilli Lokali li jkopri l-perjodu Awissu - Novembru 2002, kif ukoll l-ewwel Rapport għas-sena 2003 li jkopri l-perjodu Diċembru 2002 – Marzu 2003.
Il-Ministrutal-Ġustizzja u l-Intern poġġa dawn ir-Rapporti fuq il-Mejda tal-Kamra tar-Rappreżentanti il-bieraħ, 16 ta’ Lulju 2003.
Dawnhuma s-sitta u għoxrin u s-sebgħa u għoxrin Rapporti li qed jitressqu fil-Kamra tar-Rappreżentanti.
Fl-ewwelrapport wieħed jista’ janaliżża fid-dettal ir-riżultati ta’ l-ispezzjonijiet li saru bejn Awissu – Novembru 2002, kif ukoll iqabbel kemm mar-riżultati li kienu jkopru l-perjodu Awissu – Novembru 2001, kif ukoll mal-marka medja attwali tal-Kunsilli Lokali assessjati bejn Awissu – Novembru 2002.
Fit-tienirapport wieħed jista’ janaliżża fid-dettal ir-riżultati ta’ l-ispezzjonijiet li saru bejn Diċembru 2002 – Marzu 2003, kif ukoll iqabbel kemm mar-riżultati li kienu jkopru l-perjodu Diċembru 2001 – Marzu 2002, kif ukoll mal-marka medja attwali tal-Kunsilli Lokali assessjati bejn Diċembru 2002 – Marzu 2003.
Fl-ewwelperjodu d-Dipartiment spezzjona u analiżża terz tal-Kunsilli Lokali, tmintax Kunsill Lokali f’Malta u erbgħa f’Għawdex.
Fit-tieniperjodu d-Dipartiment spezzjona u analiżża terz ieħor tal-Kunsilli Lokali, għoxrin Kunsill Lokali f’ Malta u tnejn f’ Għawdex.
Fil-konklużjonitaż-żewġ rapporti qed toħroġ statistika li turi l-Kunsill Lokali bl-ogħla marka medja, kif ukoll il-Kunsill Lokali bl-anqas marka medja.
Għall-ewweldarba minn dawn iż-żewġ rapporti hemm l-ewwel riżultati fuq l-ispezzjonijiet tal-bankini fiż-żoni urbani.
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Inawgurat bust ta’ Ġorġ tal-Mużew fl-Isptar Mater Dei b’tifkira tal-ħidma tiegħu fost dawk vulnerabbli

PR261936

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA I...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERATION OF THE GRAND HARBOUR  ERA launches anniversary publication: A decade of protecting Malta’s natural future

PR261935en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERAT...

Aktar Stqarrijiet Right arrow