Elezzjonijiet tal-Kunsilli ta' l-Iskejjel - Il-Ġimgħa 24 ta' Jannar 2003
PR88
23/01/2003
| Il-Ministru ta' l-Edukazzjoni, l-Onor. Louis Galea ħabbar f’Konferenza | Stampa li nhar il-Ġimgħa, 24 ta' Jannar 2003 se jsiru l-elezzjonijiet tal-Kunsilli ta' l-Iskejjel fi 58 skola primarja, sekondarja u speċjali. L-elezzjonijiet qed isiru f'dawk l-iskejjel fejn ikun hemm aktar Kandidati milli hemm postijiet fuq kull Kunsill. Għal din l-elezzjoni se jikkontestaw 487 ġenitur u 400 għalliem. |
| Għall-konferenza stampa attendew id-Direttur Ġenerali tad-Diviżjoni | ta' l-Edukazzjoni, is-Sur Charles Mizzi u s-Sur Frans Borg għall-Assoċjazzjoni Kunsilli ta' l-Iskejjel. |
| Il-Ministru ħeġġeġ lill-ġenituri u l-għalliema jmorru jivvutaw | fl-iskejjel fejn se jsiru elezzjonijiet u b'hekk isaħħu l-proċess demokratiku fl-iskejjel tagħna. Il-Ministru qal li filwaqt li fl-iskejjel primarji kien hemm konkorrenza notevoli tant li se ssir elezzjoni f'madwar 70% ta' l-iskejjel, fl-iskejjel sekondarji u speċjali il-konkorrenza kienet anqas. |
| Dr. Louis Galea qal li biex skola timxi 'l quddiem hu essenzjali li | jkun hemm parteċipazzjoni attiva mill-ġenituri u l-għalliema. Il-Ministru qal li flimkien ma' l-għalliema u t-tfal infushom, il-ġenituri għadhom rwol importanti fil-qasam edukattiv. Hu qal li l-Kurrikulu Nazzjonali jagħmel emfasi fuq il-parteċipazzjoni tal-ġenituri fl-iskejjel, u biex din ma tibqax biss idea tajba fuq il-karta, il-ġenituri jridu jipparteċipaw fl-elezzjonijiet u l-għalliema jridu jagħtu aktar spazju lill-ġenituri. "Irridu li l-iskejjel tagħna jkunu miftuħa għall-ġenituri biex flimkien magħhom jitfasslu l-policies edukattivi ta' l-iskejjel u b'hekk tikber il-parteċipazzjoni attiva u jgħola l-livell tat-tagħlim u l-formazzjoni". |
| Kull Kunsill hu iffurmat minn tmien membri: tliet ġenituri, tliet | għalliema, w il-Kap ta' l-iskola. Il-president tal-Kunsilli Skolastiċi jiġi maħtur mill-Ministru ta' l-Edukazzjoni. Il-Ministru Louis Galea diġa beda proċess ta' konsultazzjoni biex jiġu identifikati persuni biex jokkupaw il-post ta' President f'kull skola. |
| Il-Ministru qal li l-demokrazija u l-awtonomija ta' l-iskejjel ta' l-istat | filwaqt li huma ideat relattivament ġodda ġew ippruvati għal dawn l-aħħar snin u wrew li meta l-iskejjel imexxu lilhom infushom bl-għajnuna u l-involviment tal-ġenituri, l-ambjent edukattiv, soċjali u fiżiku jitjieb. |
| "Bħalissa l-edukazzjoni f'pajjiżna għaddejja minn evoluzzjoni | nteressanti li jenħtieġ il-ħidma u l-kooperazzjoni ta' l-imsieħba soċjali kollha fosthom il-ġenituri", tenna l-Ministru. |
Stqarrijiet Oħra:
PR261932
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-GVERN LOKALI U X-XOGĦLIJIET PUBBLIĊI Kważi n...
PR261931