Preżentazzjoni ta’ Pittura
pr878
16/07/2003
Il-Ministru tas-Saħħa ingħata pittura biż-żejt fuq it-tila biex tiġi esebita f’xi sptar għall-qima u d-devozzjoni tal-pubbliku u l-pazjenti. Il-Ministru tas-Saħħa Louis Deguara rċieva din il-pittura mingħand il-pittur Philippe Agius li rregalaha lill-Ministeru tas-Saħħa f’isem l-assoċjazzjoni International Art & Artists Malta.
Il-pittura turi lill-Patri Piju qiegħed jirċievi l-pjagi. Patri Piju kien waqqaf sptar "La Casa Sollievo della Sofferenza" f’San Giovanni Rotondo.
| Dan il-kwadru sar fuq inizjattiva tal-President | Artist Philippe Agius flimkien ma’ artisti ta’ l-istess għaqda fosthom Carlino Gelfo u Lina Vella minn Ghawdex. |
| Il-pittur Philippe Agius qal li kienet ix-xewqa tad-donaturi | li jkomplu jxerrdu d-devozzjoni lejn Patri Piju. |
| Il-Ministru tas-Saħħa rringrazzja lil Philippe | Agius ta’ din l-għotja. Hu qal li d-Diviżjoni tas-Saħħa jkollha diversi għotjiet simili u wieħed isib diversi kwadri b’tema reliġjuża esposti fl-isptarijiet. Id-Diviżjoni tas-Saħħa b’dan il-mod tkun qed tgħin biex jingħata għarfien għal xogħol ta’ artisti Maltin. |
Other Press Releases:
PR261936
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA I...
PR261935en