Left arrow Mur Lura

DISKUSSJONI BEJN IL-GVERN U L-ASSOĊJAZZJONI GĦAT-TRASPORT PUBBLIKU

pr875
Date Icon 15/07/2003
Kifkien miftiehem illum saret laqgħa fil-Ministeru għat-Trasport u Komunikazzjoni bejn il-Ministeru, l-Awtorita' dwar it-Trasport u l-Assoċjazzjoni tat-Trasport Pubbliku.
Għaldin il-laqgħa li tmexxiet mill-Ministru Ċensu Galea attendew ukoll is-Sur Louis Cilia, Segretarju Permanenti fil-Ministeru ghat-Trasport u Komunikazzjoni, is-Sur Charles Demicoli li mexxa d-delegazzjoni min-naħa ta' l-Awtorita' u s-Sur Victor Spitieri li mexxa d-delegazzjoni minn naħa ta' l-Assoċjazzjoni għat-Trasport  Pubbliku.
F'dinil-laqgħa wara li kienet ikkonfermata d-data tat-Tnejn 21 ta' Lulju, 2003 sabiex tibda titħaddem is-sistema tal-magni tal-biljetti, saru taħdidiet fit-tul dwar ir-riforma fis-settur tat-trasport pubbliku f'Malta.
Il-partijietkollha qablu li sabiex f'dan is-settur jitjieb is-servizz, u l-pubbliku jitħajjar jagħmel aktar użu minnu, hemm bżonn li ssir bidla radikali li tinkludi l-aspetti kollha tiegħu speċjalment f'dawk li huma rotot u skedi.  Sabiex din ir-riforma sseħħ, ser jitwaqqfu żewġ workinggroups li fihom ser jieħdu sehem rappreżentanti ta' l-Awtorita' dwar it-Trasport kif ukoll ta' l-Assoċjazzjoni għat-Trasport Pubbliku.  L-ewwel working group ser jħares lejn l-aspett finanzjarju tas-settur waqt li l-ieħor ser jitratta l-operat tas-sistema tat-trasport u l-iskeda.  Dawn iż-żewg gruppi ser jibdew jiltaqgħu regolarment sakemm jaslu għall-konklużjoni tagħhom.
Il-Ministruawgura li l-partijiet kollha li jibqgħu juru s-sens ta' responsabbilta' u realiżmu sabiex fi żmien qasir jitfassal pjan li jwassal għal soluzzjonijiet bis-serjeta' għal dan is-settur li huwa vitali għal pajjiżna.
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Inawgurat bust ta’ Ġorġ tal-Mużew fl-Isptar Mater Dei b’tifkira tal-ħidma tiegħu fost dawk vulnerabbli

PR261936

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA I...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERATION OF THE GRAND HARBOUR  ERA launches anniversary publication: A decade of protecting Malta’s natural future

PR261935en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERAT...

Aktar Stqarrijiet Right arrow