IMPORTAZZJONI TA’ BRAZIL NUTS
pr872
15/07/2003
| Id-Dipartiment | tas-Saħħa Pubblika, wara konsultazzjoni mal-Kummissjoni għas-Saħħa u s-Sigurta` fl-Ikel, qiegħed javża lill-importaturi kollha li l-kunsinni ta’ Brazil nuts ikunu rilaxxati biss jekk jiġi ppreżentat certifikat maħruġ mill-awtoritajiet kompetenti Brażiljani li l-livell ta’ Aflatossina huwa skond ir-regoli tal-pajjiż. |
| Aflatossini | huma sustanzi karcinoġenici li jiġu pprodotti minn fungi li jikkontaminaw il-lewż u prodotti simili. |
| Huwa | fl-interess għas-saħħa ta` l-ikel li wieħed jinnota li lewż, frott niexef u prodotti simili mniżżlin fl-iskeda ta’ l-A.L. 392/2002 - Regolamenti ta’ l-2002 dwar Sustanzi li jikkontaminaw fl-Ikel, ikunu konformi ma’ tali regolamenti. Kampjuni ser jittieħdu minn kunsinni sabiex jiġi żgurat li l-prodotti ma’ fijhomx sustanzi li jistgħu jikkontaminaw. Teħid ta’ kampjuni ser isir skond ir-regolamenti. |
Other Press Releases:
PR261936
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA I...
PR261935en