MEDJA TA' 1000 PERSUNA KULJUM IPPARTEĊIPAW FIL-KOMPETIZZJONIJIET LI SARU FIL-PADILJUN TA' MALTA
Madwar 12,000 persuna ipparteċipaw fil-kompetizzjonijiet li ġew organizzati fil-Padiljun ta' Malta, matul it-12 il-ġurnata tal-Fiera Internazzjonali, medja ta' 1,000 persuna kuljum. Huwa stmat li b'kollox, ’l fuq minn 28,000 persuna żaru l-Padiljun ta' Malta, li din is-sena kellu bħala tema 'Malta fl-Unjoni Ewropea - b'Ħila u b'Ħeġġa'. Ir-rebbieħa tal-kompetizzjonijiet li ġew organizzati u li kull wieħed jew waħda minnhom rebah Go Mobile Pack, kienu dawn: Luke Chetcuti (Naxxar), Reuben Sant (Bidnija), Warren Camilleri (Naxxar), Mario Fenech (Mosta), Lourdes Farrugia (Siggiewi), Rita Buttigieg (Marsa), Anna McElhatton (Gzira), Maria Gauci (Mellieha), Edwidge Suda (Msida), Albert Callus (San Giljan), Susanne Borg (San Gwann), Yanika Fenech (Lija).
Other Press Releases:
PR261936
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA I...
PR261935en