Left arrow Mur Lura

Hydro-Therapy Pool ġdid għall-Iskola Speċjali tal-Wardija

PR87
Date Icon 23/01/2003
L-istudenti li jattendu l-iskola speċjali Dun Manwel Attardtal-Wardija se jkunu jistgħu jagħmlu użu minn Hydro-Therapy Pool ġdida li saret f'din l-iskola. Il-Proġett sar fuq inizjattiva ta' l-iskola u bl-għajnuna finanzjarja ta' l-HSBC Cares for Children Fund. Din il-faċilita' ġdida se tgħin biex l-istudenti ikunu jistgħu jieħdu din it-terapija importanti fl-iskola tagħhom stess.
Qabel, l-Istudenti ta' l-Iskola Speċjali tal-Wardija kienu jużawfaċilita' simili li hemm fl-iskola San Miguel. Għalhekk biex l-istudenti jkunu jistgħu jibbenefikaw mill-Hydro-Therapy fl-iskola tagħhom stess, l-iskola bdiet taħdem biex ikollha Hydro-Therapy Pool f'din l-iskola wkoll. Ghal dan il-ghan, l-amministrazzjoni ta’ l-iskola sabet l-appoġġ ta' l-HSBC Cares for Children Fund li ffinanzjaw il-proġett b'madwar Lm 2,500 kif ukoll tal-Corinthia Group li offrew il-bathrobes u x-xugamani kollha li hemm bżonn għall-istudenti u min jassistihom.
Il-Hydro Therapy Pool hi attrezzata biex tilqa’ għall-bżonnijietspeċjali ta' l-istudenti, infatti l-pool għandha rampa apposta għal aċċess aktar faċli.
Waqt l-inawgurazzjoni ta' din il-faċilita' l-ġdida, l-Ministru ta'l-Edukazzjoni, l-Onor. Dr. Louis Galea qal li hu sodisfatt ħafna bil-mod kif l-HSBC Cares for Children Fund u kumpaniji oħrajn qed jinvolvu ruħhom f'inizjattivi favur l-edukazzjoni. Hu fisser kif din ir-responsabbilita' soċjali għandha tifforma parti mill-missjoni ta' kull ażjenda għaliex aktar ma’ l-poplu Malti jimxi 'l quddiem kemm soċjalment kif ukoll akkademikament, aktar ikun hawn ġid fil-pajjiż.
Il-Ministru qal li l-iskola Dun Manwel Attard qed tiffoka fuq l-iżviluppta' ħiliet għall-ħajja (Life Skills) u qed toffri wkoll programm biex l-istudenti jkunu jistgħu jiksbu esperjenza prattika fid-dinja tax-xogħol u dan hu importanti ħafna biex l-istudenti jkunu jistgħu jiksbu aktar indipendenza 'l quddiem. Il-Ministru qal li din l-iskola għandha ambjent sabieħ u pjaċevoli u għandha apparat speċjalizzat kif ukoll kompjuters u apparat ieħor teknoloġiku li jgħinu fl-iżvilupp edukattiv ta' l-istudenti.
Preżenti għall-inawgurazzjoni kien hemm is-Sur Chris Hothersall,Chairman ta' l-HSBC Cares for Children Fund li ppreżenta l-finanzjament għal din il-faċilita' lill-Kap ta' l-iskola, is-Sur William Vassallo.
Is-Sur Vassallo qal li l-iskop ta' l-Iskola Dun Manwel Attard hu lijagħti kull opportunita’ biex l-istudenti li jattendu fiha jgħixu ħajja indipendenti kemm jista’ jkun. Hu qal li l-iskola ilha taħdem biex ikollha din il-faċilita' fl-iskola u l-HSBC Cares for Children Fund kienet strumentali biex dan iseħħ.
Is-Sur Hothersall qal li l-Hydro-Therapy Pool saret fil-bini ta' l-iskolastess wara li sar studju biex ikun determinat jekk il-bini jistgħax jakkomoda din il-faċilita'. Hu tenna li t-terapija ta' l-ilma hija terapija eċċellenti għat-tfal b'diżabilita' u għalhekk il-pool se jkun ta' benefiċċju kbir għall-istudenti ta' l-iskola Dun Manwel Attard.
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-GVERN LOKALI U X-XOGĦLIJIET PUBBLIĊI Kważi nofs miljun ewro f’10 proġetti ta’ playing fields u spazji ta’ rikreazzjoni f’Malta u Għawdex

PR261932

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-GVERN LOKALI U X-XOGĦLIJIET PUBBLIĊI Kważi n...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI Żewġ abbozzi leġiżlattivi biex tkompli tissaħħaħ il-ġlieda kontra l-vjolenza fuq in-nisa u l-vjolenza domestika

PR261931

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI Żewġ abbozz...

Aktar Stqarrijiet Right arrow