STQARRIJA MILL-MINISTERU GHAT-TRASPORT U KOMUNIKAZZJONI
pr869
14/07/2003
| B'riferenza | għall-artiklu ntitolat "L-introduzzjoni tal-magni tal-biljetti posposta b'ġimgħa" li deher fl-Orizzont ta' llum 14 ta' Lulju 2003, il- Ministeru għat-Trasport u Komunikazzjoni jinforma li l-gvern fl-ebda ħin ma biddel il-pożizzjoni tiegħu. |
| Il-laqgħat | li ser isiru bejn il-Gvern, l-Awtorita’ dwar it-Trasport u l-Assoċjazzjoni tat-Trasport Pubbliku ser jittrattaw is-suġġetti kollha li ssemmew fil-pubbliku, kif ukoll ir-riforma li trid iseħħ biex is-servizz jinbidel skond il-ħtiġijiet tal lum. |
| Il-magni | tal-biljetti, ser jibdew jintużaw fil-21 ta' Lulju flok fl-14 ta' Lulju 2003 għas-sempliċi raġuni li irid ikun hemm ftit jiem ta' informazzjoni lill-pubbliku li ser juża dawn il-magni. |
Stqarrijiet Oħra:
PR261936
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA I...
PR261935en