IL-KUNSILL MALTI GĦALL-ISPORT INIEDI SKOLASPORT SAJF
pr862
11/07/2003
| Skolasport Sajf, organizzata mill-Kunsill | Malti Għall-iSport qed tirċievi l-applikazzjonijiet għas-sessjonijiet ta’ dan is-Sajf li ser jibdew it-Tnejn 21 ta’ Lulju u jispiċċaw fil-ġimgħa li tibda fil-21 ta’ Settembru 2003. |
| Waqt konferenza ta’ l-aħbarijiet | li saret illum, il-Ministru għaż-Żgħażagħ u l-Kultura, l-Onor. Jesmond Mugliett, qal li kien ta’ pjacir għalih li jniedi din l-edizzjoni ta’ Skolasport Sajf – l-ewwel edizzjoni li ser tagħmel użu mill-faċilitajiet tal-Kumpless Sportiv ġdid li nbena fil-Kottonera. Din l-inizjattiva hija sponsorjata minn Kellogg’s. |
| “Fl-aħħar snin, il-Gvern kien | impenjat bis-sħih biex tinħoloq kultura ta’ parteċipazzjoni fl-isport. Aħna lkoll nemmnu li t-tfal tagħna għandhom jitrabbew f’din il-kultura. Skolasport Sajf hija l-inizjattiva ideali biex jintlaħaq dan l-iskop,” qal il-Ministru Mugliett. |
| Il-Ministru għaż-Żgħażagħ u l-Kultura żied | jgħid li l-effett pożittiv li edizzjonijiet ta’ Skolasport Sajf tas-snin ta’ qabel ħallew fuq l-ibburdjar diġa` qed jinħassu. “Il-Klabbs ta’ l-Ibburdjar qed ikunu dejjem aktar attivi u r-riżultati eċċellenti li ġabu l-atleti zgħar Maltin waqt il-Logħob tal-Pajjiżi ż-Żgħar huma xhieda li qed nilħqu l-għan li nħeġġu aktar nies jipprattikaw l-isport, ” qal il-Perit Mugliett. |
| Il-Konferenza Stampa kienet indirizzata | wkoll miċ-Chairman tal-Kunsill Malti għall-iSport, Michael Aquilina. |
SkolaSport Sajf hija estenzjoni tal-programm xitwi ta’ Skolasport. Il-programm tas-Sajf joffri logħob u divertiment għat-tfal kif ukoll jinkuraġixxi il-parteċipazzjoni fl-isports matul is-sena.
| Skolasport Sajf qed torganizza | sessjonijiet ta’ l-Ibburdjar, Għawm u Basic Skills għat-tfal fl-eta` ta’ bejn il-5 u 16-il sena. Is-sessjonijiet ta’ l-Ibburdjar ser isiru fil-Viking Sailing Club (miftuħ għal tfal bejn il-11 u s-16-il sena) u fil-B’Bugia Sailing Club (bejn is-7 u s-16-il sena). Il-lezzjonijiet ta’ l-għawm ser isiru fil-Pixxina Nazzjonali f’tal-Qroqq għal dawk li ghadhom jibdew (5 – 10 snin) u fil-Klabb tas-Sirens f’San Pawl il-Bahar għall-kumplament (7 – 16-il sena). Sessjonijiet fil-Basic Skills għat-tfal ta’ bejn il-5 u l-10 snin ser isiru fil-Kumpless Sportiv ġdid fil-Kottonera (faċċata ta’ De La Salle College). |
| Bħal ma kien isir waqt Skolasport, matul Skolasport Sajf il-ġenituri | jistgħu wkoll jattendu għall-klassijiet ta’ Fitness fil-Kumpless Sportiv fil-Kottonera waqt li t-tfal tagħhom ikunu qed jipprattikaw is-sessjonijiet tal-Basic Skills. Titħallas miżata żgħira għal kull dixxiplina sportiva. |
| L-applikazzjonijiet għal | SkolaSport Sajf jistgħu jinġabru mill-Kumpless Sportiv fil-Kottonera, mill-Pixxina Nazzjonali f’tal-Qroqq, mill-Kumpless Sportiv fl-Universita` u mill-Kunsilli Lokali kollha. |
Stqarrijiet Oħra:
PR261936
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA I...
PR261935en