e-LIBRARIES - Aċċess għal-Libreriji Pubbliċi ta’ Malta u Għawdex fuq l-Internet
L-istudjużi, studenti, u dawk kollha li jħobbu jaqraw il-kotba issa jistgħu jfittxu u jagħżlu kotba mill-kollezzjoni kbira li tinsab f’diversi libreriji pubbliċi permezz ta’ l-Internet. Illum wieħed jista’ wkoll jagħmel prenotazzjoni jew inkella jġedded il-kotba li ittieħdu b’self permezz tal-website ġdida www.libraries-archives.gov.mt
| Is-servizz ta’ | l-e-Libraries jipprovdi katalgu sħiħ online tal-kotba kollha li jinsabu f’uhud mill-libreriji pubbliċi li huma mifruxin ma’ lokalitajiet f’Malta u Għawdex. |
| Il-Ministru għat-Teknoloġija | ta’ l-Informazzjoni u l-Investiment Austin Gatt qal li dan is-servizz hu xhieda ta’ l-istat avvanzat li fih tinsab Malta fil-livell tas-servizzi elettroniċi immirati biex itejjbu l-kwalità tal-ħajja tal-Maltin. Semma kif kellu l-okkażjoni jiddiskuti mal-Ministri Ewropej responsabbli mit-Teknoloġiji li ltaqgħu din il-għimgħa f’Como l-Italja biex iqabblu l-qagħda tat-teknoloġiji fil-pajjiżi membri jew li dalwaqt se jkunu membri ta’ l-Unjoni Ewropea. |
| Waqt il-laqgħa f’Como l-proġett | Malti ta’ l-m-Government (li bih servizzi elettroniċi tal-Gvern jingħataw permezz tal-mobile phone) ġie rikonoxxut bħala best practice model minn fost 400 proġett mill-Ewropa kollha. |
| Il-Ministru Gatt spjega li | dan hu riżultat tal-politika ċara tal-Gvern u l-investiment qawwi li qed jagħmel il-Gvern kull sena. |
| Il-Ministru Gatt fakkar kif | Malta laħqet qabel iż-żmien l-oġġettivi tal-programm għall-pajjiżi applikanti eEurope+ 2003. L-oġġettivi l-ġodda ta’ Malta tfasslu fuq il-miri tal-programm eEurope 2005 li fost oħrajn jesiġi li l-parti l-kbira tas-servizzi interattivi tal-Gvern ikunu jistgħu jinkisbu b’mod elettroniku. |
| Austin Gatt qal li sakemm | il-kuntratt għas-sistema ta’ Reġistrazzjoni u Verifika (Registration and Authentication) ikun approvat fil-qrib mill-Kumitat tal-Kuntratti, il-Gvern ikun jista’ jibda jipprovdi servizzi personalizzati lill-pubbliku on line. Dawn is-servizzi jinkludi servizzi pubbliċi relatati mil-pensjonijiet, taxxa fuq il-valur miżjud u taxxa fuq id-dħul. Il-Gvern qed jimmira li dawn is-servizzi ġodda jkunu on line sa l-aħħar ta’ din is-sena. |
| Il-Ministru ta’ l-Edukazzjoni | Louis Galea spjega kif is-servizz il-ġdida ta’ l-eLibraries iġib flimkien u jagħmel bħala wieħed il-katalogi ta’ libreriji pubbliċi differenti fejn wieħed jista’ issa jfittex f’libreriji differenti minn post wieħed. |
| Il-Libreriji bil-katalogi | tagħhom on line jinkludu l-Librerija Ċentrali fil-Furjana u l-Librerija Nazzjonali (magħrufa l-aktar bħala l-Bibljoteka) fil-Belt Valletta. Il-Librerija Nazzjonali tinkludi lista online ta’ rivisti mill-1998 ‘l hawn u l-kotba tal-Melitensja li kienu ppubblikati mill-1990 ‘l hawn. Il-katalgu online jiġbor fih ukoll ħames Libreriji Reġjonali li jinsabu f’Ħal Luqa, fil-Mosta, Birkirkara, Paola u f’Ħal-Qormi u disa’ fergħat oħra fil-Mellieħa, fiż-Żejtun, f’Ħaż-Żebbuġ, fiż-Żurrieq, fin-Naxxar, fis-Siġġiewi, f’San Ġwann, f’Bormla u f’Birżebbuġa. Jinkludi wkoll il-Librerija Ċentrali ta’ Għawdex u r-Reference Library fir-Rabat, Għawdex. |
Dan is-servizz, li huwa parti mill-inizjattiva ta’ l-e-Government, huwa wieħed fost numru ta’ servizzi online li dejjem qed jiżdiedu u li huma pprovduti mill-Gvern. Il-pubbliku jista’ jkollu aċċess għall-katalgu online billi jidħol fuq is-site www.libraries-archives.gov jew inkella jista’ jidħol fil-website tal-Gvern www.gov.mt u jikklikkja fuq “Edukazzjoni”. B’dan is-servizz kull individwu m’għandux għalfejn joqogħod jinqala’ minn daru u jmur personalment jistaqsi għal xi kotba li jkollu bżonn mill-Librerija.
| Minbarra tagħrif | dwar l-amministrazzjoni ta’ kull librerija pubblika, il-katalgu online għandu taqsima ‘Tfittex’ (Search). Fuq din il-paġna, wieħed jista’ jfittex għal ktieb skond l-isem ta’ l-awtur, it-titlu, is-suġġett ta’ studju, jew in-numru ta’ l-ISBN. Hawnhekk il-katalgu jagħti diskrizzjoni bibljotekarja dwar il-ktieb, jiġifieri id-data ta’ pubblikazzjoni u l-pubblikatur, kemm għandu paġni u jindika f’liema librerija jeżisti. F’din il-website il-patrons, li huma membri ta’ kwalunkwe librerija pubblika, jistgħu jiksbu tagħrif dwar jekk il-ktieb jew kotba humiex disponibbli, jew jekk dawn ittieħdux diġà b’self minn ħaddieħor, jew merfugħin għal xi ħadd. |
| Dan is-servizz tal-e-Libraries | ilu mistenni mill-pubbliku b’mod partikolari mill-patrons tal-libreriji pubbliċi. Nittamaw li dan is-servizz ġdid ikattar aktar l-interess għall-qari. |
| Permezz | ta’ l-Internet dan is-servizz ġdid joffri l-opportunità lil dawk il-patrons sabiexiġeddu l-perjodu ta’ self fuq il-kotba. Jistgħu jipprenotaw il-kotba li jkunu ttieħdu b’self minn patrons oħra. Dan is-servizz jista’ jsir, hekk wara li l-ktieb li jkun ipprenotat jerġa’ jsib postu fil-librerija, u jiddependi wkoll jekk ikunx hemm prenotazzjoni għall-istess ktieb minn patron ieħor. Il-librar jerfa’ l-ktieb li jkun riservat u jibgħat minnufih notifikazzjoni bil-posta lill-patron li jkun talab għalih. Patrons ikunu mistennija li jiġbru l-ktieb jew kotba li talbu mil-librerija li tkun indikata fl-ittra. |
| Għal | dawn iż-żewġ transazzjonijiet, kemm li meta wieħed iġedded il-perjodu ta’ self fuq ktieb kif ukoll il-prenotazzjoni għall-kotba meħtieġa, japplikaw l-istess proċeduri bħal meta wieħed japplika għalihom personalment mil-librerija. |
| Minbarra | li l-pubbliku qed jinqeda aħjar u iktar malajr, dan l-e-Government Programme qed jgħin ukoll sabiex is-servizzi pubbliċi jitfasslu skond il-ħtiġijiet tal-pubbliku. L-għan tal-Gvern hu li f’qasir żmien, disgħin fil-mija tas-servizzi pubbliċi jkunu kollha aċċessibbli bl-Internet. Din is-sistema elektronika se żżid il-parteċipazzjoni diretta ta’ kull ċittadin Maltin. Kull individwu jista’ jagħmel aċċess bl-Internet minn kompjuter fid-dar jew l-uffiċċju jew inkella minn kompjuter fil-Kunsill Lokali tiegħu. |
| Aktar | servizzi on-line, qed ikunu kontinwament introdotti għall-pubbliku Malti sabiex jinqeda aħjar u malajr. Sal-lum is-servizzi jinkludu: e-Examinations; servizz.gov; ir-Reġistru Pubbliku; e-Licenses; ix-xiri ta’ proprjetà immobbli; Marriage Grants; servizzi għall-anzjani u persuni b’dizabilità; servizzi legali u tal-Qrati; is-sistema ta’ l-infurzar lokali; il-website tad-dipartiment tat-taxxi interni u dan l-aħħar e-Rents għall-ħlas ta’ kera fuq propjetà tal-Gvern. |
Stqarrijiet Oħra:
PR261936
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA I...
PR261935en