Left arrow Go Back

FAĊILITAJIET SPORTIVI ĠODDA FL-ISKOLA SAN ANDREA

PR86
Date Icon 23/01/2003

Il-Ministru ta' l-Edukazzjoni Louis Galea żar l-iskola San Andrea fl-Imselliet fejn inawgura il-faċilitajiet sportivi l-ġodda li tlestew dan l-aħħar bħala parti mill-proġetti ta' bini li għandha l-istess skola.

Il-Multi-Puropse Sport Grounds saru b'mod li jservu għal diversi dixxiplini sportivi kemm għall-istudenti kif ukoll għall-pubbliku. Il-faċilitajiet jinkludu:

  • Żewġ Grounds tal-football 5-a-side li jistgħu jintużaw ukoll bħala ground wieħed 6-a-side
  • Four-lane rubber athletic track
  • Żewġ mini-basketball courts u basketball court full-size
  • Tennis court
  • Sand pit area
  • Shot put area
  • Faċilitajiet sanitarji u Canteen

Il-faċilitajiet se joffru l-possibilita' lill-istudenti ta' din l-iskola li jipprattikaw dixxiplini bħall-basketball, football, volleyball, handball u l-atletika. L-iskola se tkun qed twettaq programm ta' Edukazzjoni Fiżika (EF) bl-istudenti kollha jagħmlu ħames ġimgħat fuq kull dixxiplina sportiva u b'ġimgħa minnhom għall-assessjar.

L-iskola issa se tkun tista' tagħmel l-isports-day tagħha fl-iskola stess kif ukoll torganizza diversi tournaments u partiti.

Il-Ministru Louis Galea faħħar l-inizjattiva ta' l-iskola u qal li dawn il-faċilitajiet sportivi se jkunu ta' ġid kbir għall-istudenti u l-għalliema ta' din l-iskola. Il-Ministru qal li l-isport u attivitajiet oħra simili għandhom jitqiesu parti mill-kurrikulu ta' kull skola għaliex jgħinu biex l-istudenti jiżviluppaw b'mod ħolistiku.

Il-Ministru tenna li l-Gvern għamel investiment rekord ta' aktar minn 4 miljuni fil-qasam ta' l-isports u f'faċilitajiet sportivi ta' l-għola livell kemm fuq livell reġjonali kif ukoll fil-lokalitajiet u fl-iskejjel. Il-Ministru qal li r-riżultati li ħarġu reċentament u li juru li l-Maltin u partikolarment it-tfal Maltin qed jbgħatu minn piż żejjed għandhu jħassibna. Il-Ministru qal li l-Gvern hu konxju minn dawn l-isfidi u filwaqt li qed jinvesti fl-infrastruttura, qed jaħdem ukoll biex idaħħal proġrammi ġodda li jappellaw għat-tfal u għaż-żgħażagħ b'mod partikolari.

Il-Ministru semma fost oħrajn l-iswimming promotions unit, fejn hemm aktar minn 1,300 tifel u tifla jipparteċipaw; l-iSkolasport, fejn 'il fuq minn 1,700 tifel u tifla qed jattendu bl-għajnuna ta' 140 għalliema ta’ l-edukazzjoni fiżika u coaches kwalifikati; il-programm Sports for All bl-iskop li jorganizza attivitajiet ta’ popolarizzazzjoni għall-Isport fl-etajiet kollha u l-programm Adventure 2000, li hu maħsub għaż-żgħażagħ minn 18-il sena 'il fuq li kien jinkludi ukoll parteċipazzjoni minn żgħażagħ minn San Blas.

Il-Ministru qal ukoll li qed isiru inizjattivi biex jitkattar u jittejjeb it-tagħlim ta' l-EF. Fost dawn insibu l-iżvilupp fil-programm ta’ preparazzjoni għall-għalliema ta' l-EF fl-Universita'; żieda fin-numru ta’ għalliema peripatetiċi fl-iskejjel primarji; li l-EF sar suġġett fil-MATSEC u li tnieda kors ‘Certification in Fundamentals of Coaching’ organizzat flimkien mal-Kunsill Malti għall-Isport u l-Universita' ta’ Malta.

Il-Ministru semma wkoll it-twaqqif tal-Kunsill Malti għall-Isport u l-liġi l-ġdida dwar l-isport li għaddiet mill-Parlament fi tmiem is-sena li għaddiet. Il-Ministru qal li din is-sena se jiġu organizzati diversi tournaments internazzjonali f'pajjiżna u mod partikolari semma l-Logħob tal-Pajjiżi ż-Żgħar li għandhom isiru f'Ġunju li ġej. Il-Ministru temm jgħid li dan kollhu għadu jkompli jsaħħaħ il-qasam ta' l-isport f'pajjiżna u jgħin biex ikollna poplu dejjem aktar f'saħħtu u attiv 

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-GVERN LOKALI U X-XOGĦLIJIET PUBBLIĊI Kważi nofs miljun ewro f’10 proġetti ta’ playing fields u spazji ta’ rikreazzjoni f’Malta u Għawdex

PR261932

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-GVERN LOKALI U X-XOGĦLIJIET PUBBLIĊI Kważi n...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI Żewġ abbozzi leġiżlattivi biex tkompli tissaħħaħ il-ġlieda kontra l-vjolenza fuq in-nisa u l-vjolenza domestika

PR261931

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI Żewġ abbozz...

More Press Releases Right arrow