Aċċess għall-katalogi tal-libreriji ‘on-line’ u servizz aħjar għal min juża l-libreriji
pr859
11/07/2003
| Min | qal li l-Internet kien se jfisser daqqa ta’ ħarta kbira għall-kotba u materjal ieħor stampat ma kienx jaf li l-istess internet kien se jfisser ukoll opportunita’ biex il-libreriji kif ukoll kumpaniji li jipproduċu u jbiegħu l-kotba, isiru aktar aċċessibbli għall-pubbliku u joffru servizz aħjar. |
| Dan | qalu l-Ministru ta’ l-Edukazzjoni, l-Onor. Dr. Louis Galea meta flimkien mal-Ministru ghat-Teknologija tal-Informazzjoni u l-Investimenti, l-Onor. Dr. Austin Gatt, tnieda servizz elettroniku ġdid fil-qasam tal-libreriji, magħruf bħala e-Libraries. |
| Permezz | ta’ l-“e-Libraries”, il-katalogi tal-kotba li hemm fil-Librerija Ċentrali, fil-librerija ta’ Għawdex u f’14-il librerija reġjonali u lokali (Mellieħa, Żejtun, Żebbuġ, Żurrieq, Naxxar, Siġġiewi, San Ġwann, Bormla, B’Buġia, Luqa, Mosta, B’Kara, Paola u Qormi), se jkunu aċċessibbli għal kulħadd permezz ta’ l-Internet. Dan ifisser li kull min għandu aċċess għall-internet kemm jekk mid-dar kif ukoll mill-Kunsilli Lokali u postijiet oħra li joffru s-servizz ta’ l-Internet, ikun jista` jidħol fis-Sit tad-Dipartiment tal-Libreriji u jara x’kotba hemm fil-libreriji imsemmijin. |
| Wieħed | jista’ jara wkoll jekk il-kotba jkunux fil-librerija jew mislufa. Wieħed jista` jirriserva l-ktieb u jkun infurmat minnufih meta l-ktieb ikun jista` jinsilef. Madankollu wieħed xorta waħda jkun irid jiġbor il-ktieb mil-librerija personalment. |
Kull min jixtieq juża dan is-servizz għandu jmur fuq is-sit tad-dipartiment tal-Libreriji u Arkivji: www.libraries-archives.gov.mt jew inkella mis-sit tal-Ministeru ta’ l-Edukazzjoni: www.education.gov.mt
| Id-Dipartiment | tal-Libreriji u Arkivji se jkompli jaħdem biex kemm jista` jkun malajr, il-bqija tal-katalogi jkunu wkoll aċċessibbli, fil-fatt parti mill-kollezzjonijiet tal-Gozo Reference Library, diġa` huma aċċessibbli; filwaqt li għall-materjal tal-Librerija Nazzjonali diġa` hemm l-informazzjoni dwar il-Periodicals mill-1998 ’l quddiem kif ukoll informazzjoni dwar il-kotba tal-Melitensia mill-1990 ’l quddiem. |
| Il-Ministru Louis Galea qal li l-libreriji tagħna b’mod | partikolari l-Librerija Nazzjonali u l-arkivji fihom wirt ta’ valur inestimabbli, il-libreriji tagħna għandhom ammont kbir ta’ kotba li jistgħu jiġu mislufa, madankollu l-Gvern jixtieq jara aktar nies jużaw is-servizzi li joffru l-libreriji pubbliċi. |
| Ghalhekk qed jkompli bid-devoluzzjoni tal-libreriji lokali u reġjonali | lill-Kunsilli Lokali kif ukoll qed jinvesti fit-teknoloġija biex jagħti aktar aċċess lill-pubbliku għall-kotba u l-qari. Il-Ministru ħabbar ukoll li fi żmien qasir se jkun qed jipproponi liġi ġdida dwar il-Libreriji u l-Arkivji li għandha twassal biex dan il-qasam jingħata spinta biex ikompli jikber u jitjieb. |
Stqarrijiet Oħra:
PR261936
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA I...
PR261935en