Left arrow Mur Lura

LAQGĦA TA’ INFORMAZZJONI GĦALL-OPERATURI TAL-VILLAĠĠ TAS-SNAJJA’ F’TA’ QALI

pr858
Date Icon 11/07/2003
Is-Segretarju Parlamentarifil-Ministeru tal-Finanzi u l-Affarijiet Ekonomiċi, l-Onor. Edwin Vassallo iltaqa’ ma’ delegazzjoni tal-GRTU u ma’ operaturi li jaħdmu f’Ta’ Qali,  biex  jiġi  spjegat lilhom il-kumplament ta’ l-iżvilupp tal-proġett ta’ bini mill-ġdid tal-Villaġġ ta’ l-Artiġjanat f’Ta’ Qali.
Is-Segretarju ParlamentariVassallo spjega li huwa ttamat li fl-ewwel ġimgħat ta’ Awissu, il-MEPA toħroġ il-permess ta’ żvilupp għal dan il-proġett.  F’din il-laqgħa, ġie spjegat kif l-operaturi ta’ dan il-Villaġġ diġà frankaw l-ispiża ta’ madwar Lm140,000, kif ukoll l-ispiża li kien ikollhom iħallsu kieku l-iżvilupp kellu jsir b’mod individwali.
Is-SegretarjuParlamentari Vassallo qal ukoll li l-ħidma li saret s’issa, wasslet biex issa għandna l-eżerċizzju ta’ l-allokazzjoni ta’ l-ispazji industrijali kollha lesti u allura l-fażi li jonqos ser twassal biex fuq kull ftehim li sar s’issa, ma’ l-operaturi ser iwassal biex lil dawn tingħatalhom l-opportunità biex sa l-aħħar ta’ Settembru li gej,  jkunu ffirmati l-konvenji kollha li jeħtieġ li jsiru ma’ dawk li ser jieħdu b’ċens il-fabbriki li ser jinbnew għalihom f’dan il-proġett.
Huwattamat li wara li jkunu milqugħa l-konvenji marbuta ma’ dan il-proġett, tkun tista’ ssir sejħa għall-iżviluppaturi, li minnhom ikun irid jintgħażel l-iżviluppatur li ser jieħu b’ċens għal 65 sena madwar 25 tomna ta’ art u l-obbligu tal-bini ta’ dan il-proġett tal-bini tal-Villaġġ ta’ l-Artiġjanat.  L-iżviluppatur li jintgħażel għal dan il-proġett, mal-25 tomna, ser jingħata wkoll il-pagament għall-bini tal-fabbriki żgħar li ser jinbnew għal dak l-operatur, li ser jieħu b’ċens għal 65 sena, l-użu ta’ dawn il-binjiet.
Għaldaqstanthuwa ttamat li sa l-aħħar ta’din is-sena, l-iżviluppatur ta’ dan il-proġett ikun ukoll magħruf u x-xogħol ikun jista’ jibda, għaliex il-preparamenti għall-bini jkunu diġà lesti.
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Inawgurat bust ta’ Ġorġ tal-Mużew fl-Isptar Mater Dei b’tifkira tal-ħidma tiegħu fost dawk vulnerabbli

PR261936

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA I...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERATION OF THE GRAND HARBOUR  ERA launches anniversary publication: A decade of protecting Malta’s natural future

PR261935en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERAT...

Aktar Stqarrijiet Right arrow