LAQGĦA TA’ INFORMAZZJONI GĦALL-OPERATURI TAL-VILLAĠĠ TAS-SNAJJA’ F’TA’ QALI
pr858
11/07/2003
| Is-Segretarju Parlamentari | fil-Ministeru tal-Finanzi u l-Affarijiet Ekonomiċi, l-Onor. Edwin Vassallo iltaqa’ ma’ delegazzjoni tal-GRTU u ma’ operaturi li jaħdmu f’Ta’ Qali, biex jiġi spjegat lilhom il-kumplament ta’ l-iżvilupp tal-proġett ta’ bini mill-ġdid tal-Villaġġ ta’ l-Artiġjanat f’Ta’ Qali. |
| Is-Segretarju Parlamentari | Vassallo spjega li huwa ttamat li fl-ewwel ġimgħat ta’ Awissu, il-MEPA toħroġ il-permess ta’ żvilupp għal dan il-proġett. F’din il-laqgħa, ġie spjegat kif l-operaturi ta’ dan il-Villaġġ diġà frankaw l-ispiża ta’ madwar Lm140,000, kif ukoll l-ispiża li kien ikollhom iħallsu kieku l-iżvilupp kellu jsir b’mod individwali. |
| Is-Segretarju | Parlamentari Vassallo qal ukoll li l-ħidma li saret s’issa, wasslet biex issa għandna l-eżerċizzju ta’ l-allokazzjoni ta’ l-ispazji industrijali kollha lesti u allura l-fażi li jonqos ser twassal biex fuq kull ftehim li sar s’issa, ma’ l-operaturi ser iwassal biex lil dawn tingħatalhom l-opportunità biex sa l-aħħar ta’ Settembru li gej, jkunu ffirmati l-konvenji kollha li jeħtieġ li jsiru ma’ dawk li ser jieħdu b’ċens il-fabbriki li ser jinbnew għalihom f’dan il-proġett. |
| Huwa | ttamat li wara li jkunu milqugħa l-konvenji marbuta ma’ dan il-proġett, tkun tista’ ssir sejħa għall-iżviluppaturi, li minnhom ikun irid jintgħażel l-iżviluppatur li ser jieħu b’ċens għal 65 sena madwar 25 tomna ta’ art u l-obbligu tal-bini ta’ dan il-proġett tal-bini tal-Villaġġ ta’ l-Artiġjanat. L-iżviluppatur li jintgħażel għal dan il-proġett, mal-25 tomna, ser jingħata wkoll il-pagament għall-bini tal-fabbriki żgħar li ser jinbnew għal dak l-operatur, li ser jieħu b’ċens għal 65 sena, l-użu ta’ dawn il-binjiet. |
| Għaldaqstant | huwa ttamat li sa l-aħħar ta’din is-sena, l-iżviluppatur ta’ dan il-proġett ikun ukoll magħruf u x-xogħol ikun jista’ jibda, għaliex il-preparamenti għall-bini jkunu diġà lesti. |
Other Press Releases:
PR261936
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA I...
PR261935en