Left arrow Mur Lura

ĦIDMA TAL-GVERN FAVUR IŻ-ŻGĦAŻAGĦ

pr857
Date Icon 11/07/2003
Permezz tad-Dipartimenttal-Promozzjoni tas-Saħħa, il-Gvern għaddej fuq numru ta’ kampanji ta’ prevenzjoni indirizzati lejn iż-żgħażagħ biex ikollna soċjeta’ aktar b’saħħitha. Dan qalu l-Ministru tas-Saħħa, l-Onor. Dr. Louis Deguara, meta flimkien ma’ uffiċjali tad-Dipartiment għal Promozzjoni tas-Saħħa, kien qiegħed jinawgura Eating Disorders Awareness Week.
F’dawn l-aħħar xhur ub’mod partikulari mit-twaqqif tal-Koalizzjoni dwar is-Saħħa ta’ l-Adolexxenti, id-Dipartiment għall-Promozzjoni tas-Saħħa zied il-ħidma tiegħu favur iż-żgħazagħ.
Bħalissa ghaddejjinkampanji dwar ix-xorb żejjed, it-tipjip, ir-raġġi tax-xemx, l-ikel u l-prevenzjoni tal-kanċer.  Illum id-Dipartiment qiegħed jiffoka fuq ‘eating disorders’ li ħafna drabi jiġu minn problemi psikoloġiċi fiż-żgħożija, li jistgħu ikunu l-kawża ta’ ‘anorexia nervosa’, ‘bulimia nervosa’ u ‘compulsive eating disorder’.  Dan jista’ jkollu effett negattiv ferm fl-iżvilupp emozzjonali u fiżiku tal-persuna.
Id-Diviżjoni tas-Saħħapermezz tad-Dipartiment għall-Promozjoni għas-Saħħa għandha rwol ewlieni fit-twettieq tal-politika tal-Gvern biex jindirizza hidma favur is-saħħa u l-iżvilupp taż-żgħazagħ b’mod sħih: l-aspett fiżiku, emozjonali, intellettwali, soċjali, morali, spiritwali u estetiku.  L-aspett tas-saħħa għandu rabta ma’ l-infieq tal-Gvern.  Aktar ma jkollna zghażagħ b’saħħithom, aktar il-Gvern ikollu fondi x’jonfoq għal servizzi oħra fil-kamp tas-saħħa.  Hu proprju għalhekk li l-Gvern jagħti importanza lill-promozzjoni u l-prevenzjoni.  Poplu b’saħħtu hu pajjiż b’saħħtu anki  ekonomikament.
Fil-perjodu taż-żgħożijaż-żgħażagħ faċilment imorru mal-kurrent u jaddottaw stili ta’ ħajja xi kultant b’effetti negattivi fuq saħħithom.  L-Eating Disorders huma l-aktar komuni fost it-tfajliet li jippruvaw jimitaw personalitajiet fil-kamp tad-divertiment.  Żgħażagħ b’dan it-tip ta’mard ikollhom bżonn għajnuna professjonali biex jagħrfu u jissuperaw il-problema. Id-Dipartiment qiegħed iwettaq ħidma fost it-tfal l-aktar fil-livell ta’ l-iskejjel primarji fejn bosta tfal qed ikollhom taħdidiet u attivitajiet li jinkoraġġixxu stil ta’ ħajja fiżika u emozjonali pożittiva.  Din l-istrateġija ta’ prevenzjoni u promozzjoni fl-iskejjel hi immirata wkoll biex titnaqqas il-prevalenza ta’ eating disorders fiż-żgħazagħ t’għada.
Il-Ministru temm billiappella liż-żgħażagħ ikunu aktar konxji mill-konsegwenzi li eating disorders jista’ jkollhom fuq hajjithom u stieden biex dawk b’din il-problema ifittxu għajnuna professjonali.
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Inawgurat bust ta’ Ġorġ tal-Mużew fl-Isptar Mater Dei b’tifkira tal-ħidma tiegħu fost dawk vulnerabbli

PR261936

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA I...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERATION OF THE GRAND HARBOUR  ERA launches anniversary publication: A decade of protecting Malta’s natural future

PR261935en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERAT...

Aktar Stqarrijiet Right arrow