Facilitajiet ghal aktar Parking fir-Rabat, Ghawdex
pr856
11/07/2003
| Hekk kif sar matul dawn l-ahhar snin, il-Ministeru ghal Ghawdex | wettaq ezercizzju biex matul l-istagun tas-sajf, jizdiedu l-facilitajiet ta’ parkegg fil- Belt Victoria. |
| Ghalhekk, min-nhar it-Tnejn | 14 ta’ Lulju, ser jinfethu l-grounds ta’ l-iskejjel tal-bniet ‘Agius de Soldanis’, tas-subien ‘Ninu Cremona’ u dik terzjarja ‘Sir M.A. Refalo’ fi Triq Fortunato Mizzi. Dan qed isir sabiex vizitaturi lejn il-Belt Victoria jkunu jistghu jipparkjaw il-vettura taghhom hemmhekk. Il-hin ta’ parkegg f’dawn l-ispazji huwa bla limitu u ghalhekk mhux mehtieg il-parking meter. |
| Dawn il-parking areas ser ikunu miftuha mit-Tnejn sas-Sibt, mis-7.00am | sas-7.30pm. Matul it-tlett ijiem ta’ festi fil-belt Victoria, jigifieri fil-jiem ta’ bejn it-18 u l-20 ta’ Lulju, u bejn it-13 u l-15 ta’ Awwissu, il-hin tal-ftuh ta’ dawn il-parking areas ser ikun estiż sas-1.00am. |
Stqarrijiet Oħra:
PR261936
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA I...
PR261935en