AKTAR INIZJATTIVI FAVUR PRODOTTI ARTIĠJANALI MAĦDUMA F’PAJJIŻNA
Waqt żjara li għamel fil-padiljun tad-Diviżjoni tal-Kummerċ, fil-Fiera Internazzjonali ta’ Malta fin-Naxxar, is-Segretarju Parlamentari fil-Ministeru tal-Finanzi u Affarijiet Ekonomiċi, l-Onor. Edwin Vassallo tkellem ma’ l-eżebituri u dawk kollha li kienu mistiedna għal din l-attività.
L-Onor. Vassallo ħabbar li qed jinħadmu kriterji li bihom ikun jista’ jingħata premju bħala apprezzament lill-Artiġjan li jkun ħadem fil-komunità, u li jkun għamel ġieħ ukoll lill-istess komunita’. Il-ħsieb wara dan il-premju huwa sabiex ikollna mezz li permezz tiegħu, negozji żgħar u self-employed fl-artiġjanat ikunu aktar apprezzati u magħrufa fil-komunità.
| Il-Kunsill | Malti għall-Artiġjanat huwa wkoll impjenjat biex b’kull attività li jorganizza, jara kif iżid l-apprezzament għall-Artiġjanat Malti bl-iskop li jiżdied il-bejgħ ta’ prodotti ta’ l-artiġjanat fis-suq lokali, kif ukoll dak barrani. |
| Is-Segretarju | Parlamentari Edwin Vassallo qassam ukoll kopji ta’ l-ewwel ħarġa tal-fuljett “In-Nisga“, li huwa l-fuljett li fih il-Kunsill Malti għall-Artiġjanat ser ikun qed iħabbar l-attivitajiet li jkunu qed jiġu organizzati mill-istess Kunsill. |
| Bil-parteċipazzjoni | tal-Kunsill Malti għall-Artiġjanat f’din il-fiera, il-Kunsill ħa wkoll l-okkażjoni li jwassal il-messaġġ ‘Ixtri Malti’, biex aktar il-poplu Malti u Għawdxi jgħarrfu s-sabiħ ta’ l-Artiġjanat Malti u b’hekk jiżdied iktar il-bejgħ ta’ prodotti maħduma f’pajjiżna, iniżjattiva li flimkien ma’ ohrajn li ttiehdu s’issa, ikompli jasal b’iktar impatt dan il-messaġġ favur prodotti maħduma lokalment. |
| L-Onor. Vassallo wara ppreżenta | ċertifikat lil kull min ipparteċipa f’din il-fiera u awgura suċċess fil-ħidma li għandha tgħaqqad li kull min għandu interess biex jara li l-manifattura lokali jkollha aktar suċċess fil-bejgħ tal-prodotti Maltin u Għawdxin. |
Stqarrijiet Oħra:
PR261936
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA I...
PR261935en