DISKORS MILL-ONOREVOLI NINU ZAMMIT MINISTRU GHAR-RIZORSI U L-INFRASTRUTTURA WAQT L-INAWGURAZZJONI TA’ GNIEN IL-BARAKKA T’ISFEL VALLETTA – 10 TA’ LULJU 2003
pr851
10/07/2003
Mistiednin distinti, hbieb,
| Huwa | tassew ta’ sodisfazzjon li llejla qeghdin ninawguraw ufficjalment il-ftuh mill-gdid tal-Barakka t’Isfel wara r-restawr dettaljat li sar dan l-ahhar. Dan il-gnien li ninsabu fih illejla kien infetah ghall-ewwel darba ghall-pubbliku lura fl-1900 u ghalhekk gnien denju li jissejjah gnien storiku. |
| Matul | is-snin dan il-post garrab diversi hsarat u kien lejn l-ahhar tas-snin tmenin li sar pavimentar provizorju u railing tal-hadid mal-monument ta’ Sir Alexander Ball. Fis-snin disghin sar ukoll ir-restawr mehtieg ta’ l-arkati li kienu eretti originalment fl-1661. Wara li sar ukoll ix-xoghol mehtieg fuq il-monument ta’ dan il-gnien, fuq inizjattiva tal-Kumitat ghar-Riabilitazzjoni tal-Belt Valletta u l-Kunsill Lokali tal-Belt gie deciz li jkun restawrat il-gnien kollu. Ix-xoghol li tistghu illum tarawh b’ghajnejkom jinkludi pavimentar gdid, sistema ta’ dawl sabiha hafna, kif ukoll upgrade ingenerali tal-post. |
| Dan | l-ahhar il-Progett ghar-Riabilitazzjoni tal-Belt Valletta beda program ta' titjieb tat-tlett gonna principali tal-Belt. Dak li qed naraw illum huwa frott ta' hidma preparat tul numru ta' snin. Fil-gnien tal-Barrakka ta' Fuq sar diga' xoghol strutturali fuq it-tarag u s-soqfa tieghu li kien fi stat ta' periklu u f’Novembru ta’ din is-sena ser nibdew progett ta' titjieb sostanzjali f'dan l-istess gnien. Qed isir ukoll xoghol ta’ tisbieh f’gnien iehor sinonimu mal-belt Kapitali qed nirreferi ghall-gnien ta` Hastings. Dan ix-xoghol jirrifletti l-hidma siewja tal-Progett ghar-Riabilitazzjoni tal-Belt Valletta, li minn mindu twaqqaf hmistax –il sena ilu, investa xejn inqas minn Lm5 miljuni fi progetti ta’ restawr fil-Belt Kapitali ta’ pajjizna. |
| Il-Hidma | kollha tal-Progett ghar-Riabilitazzjoni tal-Belt Valletta tinkwadra fl-attenzjoni li qed tinghata lill-Belt Valletta. Il-Gvern prezenti dejjem inkoragixxa u hares ’il quddiem b’determinazzjoni lejn it-twettieq ta’ aktar progetti ghall-Belt Kapitali, u jien bhala Ministru ghar-Rizorsi u l-Infrastruttura inwieghed li ser nibqa’ nappogja progetti u inizjattivi simili. Nishaq li biex nilhqu l-ghanijiet taghna lkoll irid ikun hemm ko-ordinament bejn dawk kollha involuti, sabiex il-wirt storiku li ghandha fil-Belt nibzghu ghalih u nghadduh lil min gej warajna fl-ahjar kundizzjoni.. |
| Naghmel | appell lil dawk kollha li ser igawdu dan il-post fosthom ir-residenti tal-madwar, sabiex ikunu huma li l-ewwel li jibzghu ghall-post u jinfurmaw l-awtoritajiet kompetenti fl-eventwalita’ li tul iz-zmien dan il-gnien jibda jsir xi tip ta’ abbuz minnu. Dan qed nghidu ghaliex il-hidma intensiva li qed issir fuq progetti ta’ restawr mhux biss tghin biex il-bini stroriku jinghata l-importanza li jixraqlu izda biex tigi rigenerata l-kapitali ta’ pajjizna u titgawda mill-barranin kollha li jzuruha. U zgur li t-turisti li jzuru dawn it-tip ta’ postijiet ghandhom ikunu milqugha f’ambjent denju u akkoljenti. |
| Grazzi | fl-ahharnett lill-Kunsill Lokali tal-Belt, lil Valletta Rehabilitation Project, il-Periti t-teknici u l-haddiema kollha li hadmu fuq dan il-progett . |
Grazzi.
Stqarrijiet Oħra:
PR261936
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA I...
PR261935en