PAZJENTA F’MONTE CARMELI TAGĦLAQ 100 SENA
PR85
23/01/2003
| Għall-ewwel darba pazjenta f’Monte Carmeli | għalqet mitt sena. Il-pazjenta Francesca Libreri mill-Furjana ilha għal dawn l-aħħar 14-il sena rikoverata fl-isptar Monte Carmeli. |
| Francesca hija xebba u l-iżgħar fost ħutha u | kienet baqgħet attiva sakemm daħlet Monte Carmeli fl-1988. Francesca kellha tliet neputijiet u wieħed u tletin pro-neputi. |
| Jum għeluq sninha kien jum speċjali mhux biss għal | Francesca imma ukoll għall-pazjenti kollha fis-Sala Numru 2. Is-sala ġiet imżejna għall-okkażjoni u atmosfera ta’ ferħ irrenjat hekk kif ġiet iċċelebrata quddiesa bħala radd ta’ ħajr u festin żgħir għall-pazjenti, impjegati u mistednin distinti fosthom il-Prim Ministru u s-Sinjura tiegħu, il-Ministru tas-Saħħa Louis Deguara, is-Segretarju Parlamentari Antoine Misud Bonnici u rapreżentant tal-Kap ta’ l-Oppożizzjoni Michael Farrugia. |
| Il-quddiesa li għaliha attendew numru ta’ | familjari ta’ Francesca, fosthom uħud li ġew minn barra minn Malta, kienet ikkonċelebrata minn erba’ saċerdoti biċ-ċelebrant ikun il-pro neputi tagħha Fr Joe Libreri. |
| F’kelmtejn ta’ l-okkażjoni, wara li Francesca | ġiet mgħotija diversi rigali minn dawk preżenti, is-Sur Edward Borg il-Kap Eżekuttiv ta’ l-isptar, irringrazzja lil dawk kollha li b’tant għożża u dedikazzjoni jieħdu ħsieb il-pazjenti b’mod partikolari l-istaff tas-Sala mmexxija min-Nursing Officer Josephine Tanti. |
| Bosta mill-mistednin ikkummentaw fuq l-ambjent | fiżiku u l-atmosfera tas-Sala fejn jidher li kulħadd qisu familja waħda. Tabilħaqq dan jirrifletti l-isforzi kemm min-naħa tal-Ministeru tas-Saħħa kif ukoll mit-tmexxija ta’ l-isptar biex jiġi affermat li l-isptar Monte Carmeli huwa sptar bhal-oħrajn kollha fejn tingħata l-aħjar kura possibli biex anki l-pazjenti jgħixu ħajja ta’ kwalità aħjar. Il-kura u d-dedikazzjoni li tingħata Francesca Libreri hija xhieda ta’ dan. |
Stqarrijiet Oħra:
PR261932
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-GVERN LOKALI U X-XOGĦLIJIET PUBBLIĊI Kważi n...
PR261931