Left arrow Mur Lura

IL-MINISTRU GHAL GHAWDEX IZZUR L-ISTAND TA'GHAWDEX

pr844
Date Icon 10/07/2003
Il-Ministru ghalGhawdex, l-Onor. Giovanna Debono, il-bierah filghaxija, zaret l-istand ta’ Ghawdex fil-Fiera Internazzjonali ta’ Malta, fin-Naxxar. L-istand kienet tikkonsisti f’esibiti ta’ prodotti li wiehed jista’ jakkwista fil-gżira ta’ Ghawdex. Dawn kienu jvarjaw minn prodotti agrikoli bhal faqqiegh sa oggetti ghad-dar, fosthom dawk dekorattivi, kif ukoll ta’ użu bhal mezzi ghall-ippakkjar ta’ oggetti tad-dar u bibien mekkanici.
Din hija t-tielet darbali l-Ministeru ghal Ghawdex qieghed joffri spazju promozzjonali ghall-qasam kummercjali Ghawdxi, permezz tal-Kamra tan-Negozju ghal Ghawdex (Gozo Business Chamber) fil-Fiera Internazzjonali ta’ Malta. Is-sena li ghaddiet, it-tema kienet dik ta’ l-artiggjanat.
Il-Ministeru ghalGhawdex joffri diversi ghajnuniet lill-Kamra sabiex tkun tista’ twettaq il-hidma taghha matul is-sena.
Il-Kamra tan-Negozjughal Ghawdex kienet twaqqfet mill-Ministeru ghal Ghawdex fl-1999 bil-ghan li tippromwovi u ttejjeb il-qasam ekonomiku u kummercjali fil-gżira ta’ Ghawdex. Il-Kamra hadet diversi inizjattivi fosthom il-partecipazzjoni f’fora nazzjonali u internazzjonali. Ftit gimghat ilu l-Kamra organizzat it-tieni edizzjoni tal-fiera kummercjali ghal Ghawdex li ghat-tieni sena konsekuttiva kienet success.
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Inawgurat bust ta’ Ġorġ tal-Mużew fl-Isptar Mater Dei b’tifkira tal-ħidma tiegħu fost dawk vulnerabbli

PR261936

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA I...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERATION OF THE GRAND HARBOUR  ERA launches anniversary publication: A decade of protecting Malta’s natural future

PR261935en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERAT...

Aktar Stqarrijiet Right arrow