IL-MINISTRU GHAL GHAWDEX IZZUR L-ISTAND TA'GHAWDEX
pr844
10/07/2003
| Il-Ministru ghal | Ghawdex, l-Onor. Giovanna Debono, il-bierah filghaxija, zaret l-istand ta’ Ghawdex fil-Fiera Internazzjonali ta’ Malta, fin-Naxxar. L-istand kienet tikkonsisti f’esibiti ta’ prodotti li wiehed jista’ jakkwista fil-gżira ta’ Ghawdex. Dawn kienu jvarjaw minn prodotti agrikoli bhal faqqiegh sa oggetti ghad-dar, fosthom dawk dekorattivi, kif ukoll ta’ użu bhal mezzi ghall-ippakkjar ta’ oggetti tad-dar u bibien mekkanici. |
| Din hija t-tielet darba | li l-Ministeru ghal Ghawdex qieghed joffri spazju promozzjonali ghall-qasam kummercjali Ghawdxi, permezz tal-Kamra tan-Negozju ghal Ghawdex (Gozo Business Chamber) fil-Fiera Internazzjonali ta’ Malta. Is-sena li ghaddiet, it-tema kienet dik ta’ l-artiggjanat. |
| Il-Ministeru ghal | Ghawdex joffri diversi ghajnuniet lill-Kamra sabiex tkun tista’ twettaq il-hidma taghha matul is-sena. |
| Il-Kamra tan-Negozju | ghal Ghawdex kienet twaqqfet mill-Ministeru ghal Ghawdex fl-1999 bil-ghan li tippromwovi u ttejjeb il-qasam ekonomiku u kummercjali fil-gżira ta’ Ghawdex. Il-Kamra hadet diversi inizjattivi fosthom il-partecipazzjoni f’fora nazzjonali u internazzjonali. Ftit gimghat ilu l-Kamra organizzat it-tieni edizzjoni tal-fiera kummercjali ghal Ghawdex li ghat-tieni sena konsekuttiva kienet success. |
Other Press Releases:
PR261936
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA I...
PR261935en