IMWAQQAF IL-KUMITAT ORNIS
| Il-politika | tal-Gvern fin-negozjati ghad-dħul ta' Malta fl-Unjoni Ewropea, kienet ċara – dik li jinħoloq bilanċ serju bejn il-ħarsien ambjentali u t-teħid ta' l-għasafar mis-selvaġġ. Fiċ-ċirkustanzi diffiċli ġibna mhux biss l-aħjar arranġament iżda fuq kollox l-aħjar raġunijiet u argumenti biex inżommu dak li fl-opinjoni tagħna huma kaċċa u insib sostenibbli. |
| Aħna | m'aħniex ser nitilfu dak li akkwistajna fin-negozjati. L-impenn tagħna hu wkoll li flimkien mal-pajjiżi l-oħra ta’ l-UE nagħtu sehemna għall-ambjent u l-ħarsien ekoloġiku. |
| Għalhekk | kien ġie deċiż li jitwaqqaf il-Kumitat Ornis, li hu mmudellat fuq il-Kumitat Ornis tal-Kummissjoni Ewropea. F’dan il-kumitat se jiġu studjati bir-reqqa l-fatti u aħna kburin u sodisfatti li Malta biss għandha kumitat ta' dan it-tip. |
| Dan | qalu l-Ministru għall-Affarjiet Rurali u l-Ambjent George Pullicino waqt konferenza ta’ l-aħbarijiet li matulha ħabbar it-twaqqif tal-Kumitat Ornis. |
| Il-Kumitat | twaqqaf permezz ta’ l-emendi li saru għar-regolamenti għall-Ħarsien ta’ l-Għasafar u l-Fenek Selvaġġ u li daħlu fis-seħħ aktar kmieni din is-sena. |
| Il-kumitat | hu magħmul mis-Sur Saviour Balzan bħala Chairman li hu maħtur mill-Ministru. Il-membri huma s-Sur Lino C. Farrugia u s-Sur Joseph Perici Calascione, nominati mill-Federazzjoni Kaċċaturi Nassaba Konservazzjonisti (FKNK). Is-Sur Joseph Mangion u s-Sur Norman Chetcuti, nominati mill-Birdlife (Malta). Is-Sur Joseph Sultana huwa l-espert tekniku nominat mid-Direttur tad-Direttorat għall-Ħarsien ta’ l-Ambjent. Fil-kumitat hemm ukoll id-Direttur tad-Direttorat għall-Ħarsien ta’ l-Ambjent tal-MEPA jew rappreżentant tiegħu. |
| Il-persuni | nħatru wara li kien ħareġ avviż fil-gazzetti li fiha l-għaqdiet intalbu jipprovdu kopja ta’ l-istatut, prova li l-għaqda għandha ’l fuq minn numru speċifikat ta’ membri bil-miżata mħallsa, prova li l-kontijiet ta’ l-għaqda huma verifikati u ċertifikati minn awditur u prova li l-kumitat ta’ l-għaqda jkun elett għall-inqas darba kull sentejn. |
| Kienu | biss il-FKNK u l-Birdlife li ssodisfaw dawn ir-rekwiżiti. Dan ma jfissirx illi ’l quddiem ma jistax ikun hemm għaqdiet oħrajn rappreżentati fuq dan il-kumitat jekk ikunu ssodisfaw il-kriterji stabbiliti mil-liġi. |
| Il-Ministru | George Pullicino qal li l-funzjonijiet tal-Kumitat Ornis huma: |
- li jistabbilixxi l-policies u l-kundizzjonijiet għal-liċenzji ġodda għall-kaċċa u l-insib;
- li jiddeċiedi dwar policies u kundizzjonijiet fuq il-konferma ta’ liċenzji ta’ l-insib;
- li jagħmel l-istudji li hemm bżonn biex il-kaċċa u l-insib ikunu sostnuti;
- li jfassal policies għall-infurzar tal-liġi tal-kaċċa u l-insib;
- li jirrakkomanda tibdil fil-lista ta’ l-għasafar li jistgħu jiġu minsuba jew ikkaċċjati;
- li jfassal programmi ta’ edukazzjoni f’dak li għandu x’jaqsam mal-kaċċa u l-insib u l-protezzjoni ta’ l-għasafar;
- li jirrakkomanda lista ta’ għasafar li jitqiesu li għandhom bżonn ta’ ħarsien speċjali;
- li jisma’ appelli minn dawk li jkollhom l-applikazzjoni għal-liċenzja għall-kaċċa jew l-insib rifjutata;
- li jiddeċiedi dwar policies u kundizzjonijiet dwar il-ħruġ ta’ liċenzji ġodda ta’ l-insib wara l-31 ta’ Diċembru, 2007;
- li jawtorizza l-bejgħ, it-tpartit jew il-kummerċ ta’ għasafar li huma protetti.
Il-Ministru George Pullicino temm billi awgura li l-kumitat jaħdem b’sens ta’ koperazzjoni biex tabilħaqq jinstabu soluzzjonijiet biex ikun hawn kaċċa u insib sostennibli u ħarsien ambjentali skond kif imfissra fid-direttivi ta’ l-ghasafar ta’ l-Unjoni Ewropea.
Stqarrijiet Oħra:
PR261936
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA I...
PR261935en