STQARRIJA KONĠUNTA MILL-MINISTERU TAL-FINANZI U L-AFFARJIET EKONOMIĊI U L-MINISTERU GĦALL-AFFARIJIET RURALI U L-AMBJENT BI TWEGIBA GĦAL STQARRIJA TAL-FEDERAZZJONI TA’ L-INDUSTRIJI (FOI)
pr841
10/07/2003
| B’riferenza | għall-istqarrija tal-Federazzjoni ta’ l-Industriji, l-FOI, u li kienet rappurtata fil-mezzi tax-xandir, il-Ministeru tal-Finanzi u l-Affarijiet Ekonomici u l-Ministeru għall-Affarjiet Rurali u l-Ambjent jiddikjaraw li dejjem inżamm kuntatt tajjeb ma’ l-uffiċjali tal-Federazzjoni dwar il-qafas li fih il-Gvern qiegħed jaħdem, sabiex jitwettaq dak li ġie negozjat mal-UE. |
| Għal | dak li għandu x’jaqsam mal-ftuħ tas-swieq tal-EU għal diversi prodotti ta’ l-ikel u x-xorb, tajjeb li wieħed jgħid li saru negozjati mal-EU li ser iwasslu sabiex numru ta’ prodotti manufatturati Malta jkunu jistgħu jidħlu fis-suq Ewropew mingħajr dazju qabel is-sħubija. Dan kien possibbli wara konsultazzjonijiet miftuħa u ferm pożittivi mal-FOI u l-Kamra tal-Kummerċ. Huwa mistenni li dan l-arranġament jidħol fis-seħħ f’Settembru ta’ din is-sena. |
| Dwar | il-mod kif il-Gvern qed jipproponi li titħaddem is-sistema ta’ monitoraġġ għall-użu tas-safeguard clause: |
| Ta’ | min ifakkar li għandha ssir laqgħa mal-konsulent imqabbad mill-FOI biex dan ikun jista’ jressaq l-opinjoni u s-suġġerimenti tiegħu. |
| Bħalma | kienet infurmata l-FOI, il-Gvern qabbad esperti Taljani, li mgħejjuna minn esperti lokali, se jibdew jaħdmu fuq is-sistema ta’ monitoraġġ u biex din tkun twaqqfet sa’ mhux aktar tard minn Jannar tal-2004. |
| Din | is-sistema se titwaqqaf b’kollaborazzjoni sħiħa mal-partijiet kollha konċernati li jinkludu l-FOI. |
| Is-sistema | ta’ monitoraġġ għandha twassal biex il-Gvern jkun jista’ jressaq il-każijiet quddiem il-Kummissjoni Ewropea kull meta jkun hemm bżonn. |
| Dwar il-mod ta’ kif ser | titħaddem is-sistema ta’ refunds li jkunu japplikaw għall-importazzjoni ta’ ċerti prodotti essenzjali bħal zokkor, il-Ministeru tal-Finanzi u l-Affarijiet Ekonomiċi u l-Ministeru għall-Affarijiet Rurali u l-Ambjent qed ifasslu skemi li jindikaw il-mekkaniżmu li ser jintuża f’dan il-każ. |
| Tajjeb li wieħed isemmi li | l-Gvern irid jiżgura li jkun hemm salvagwardja għal-mod kif jintefqu fondi pubbliċi filwaqt li s-sistema tkun simplifikata kemm jista’ jkun. F’dan il-kuntest saru laqgħat anki ma’ diversi operaturi fis-settur. Kif intqal diversi drabi ohra, il-Gvern ser jiddiskuti dan il-mekkaniżmu mal-għaqdiet konċernati fil-gimgħat li ġejjien. |
| Bla | dubju, il-Gvern huwa kommess li jkompli fil-ħidma tiegħu sabiex Malta tikber fl-EU. Il-Gvern jibqa’ impenjat ukoll li jikkonsulta mal-korpi kostitwiti, għaqdiet u d-diversi operaturi skond il-każ, sabiex jiġi żgurat li jissarrfu l-benefiċċji li sħubija fil-EU ser iġġib fil-pajjiż. |
Stqarrijiet Oħra:
PR261936
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA I...
PR261935en