Left arrow Mur Lura

Mizuri meħuda mill-Ministeru għat-Trasport u Komunikazzjoni u mill-Awtorita dwar it-Trasport rigward l-Azzjoni illegali tas-sidien tal-Karozzi tal-Linja

pr840
Date Icon 09/07/2003
Wara li s-sidien tal-karozzi tal-linja komplew bl-azzjoni illegalitagħhom li jżommu noll għola minn dak stipulat bil-liġi lill-anzjani, l-Awtorita’ dwar it-Trasport ta’ Malta (ADT) qiegħda tagħti ċitazzjonijiet lil kull min qiegħed jiġi rrapurtat. Sa nofs in-nhar ta’ llum l-Awtorita’ kellha 57 rapport ta’ sidien li żammew nollijiet għola milli suppost u qiegħda toħroġ ċitazzjonijiet kontrihom.
L-Awtorita’ tibqa’ tħeġġeġ lill-anzjanisabiex jużaw it-trasport pubbliku u li jirraportaw kull abbuż li jsir. L-ADT ser tieħu miżuri wkoll biex kulmin jirraporta xi ksur ta’ liġi li qed jagħmlu s-sidien ma jkollux inkonvenjenzi meta s-sidien eventwalment jitressqu l-qorti.
Sadattant il-Ministeru għat-Trasport uKomunikazzjoni ser jikteb lill-Kunsilli Lokali sabiex dawn jesprimu ruħhom dwar il-ħtiġijiet fil-lokal tagħhom fil-qasam tat-trasport pubbliku.
Din l-informazzjoni hi meħtieġa biex f’danil-mument il-Ministeru jkun f’qagħda li jistabilixxi mill-ġdid ir-rotot kollha li jridu jiġu moqdija u b’hekk tinbidel darba għal dejjem l-idea li r-rotot huma prerogattiva ta’ l-Assoċjazzjoni tat-Trasport Pubbliku.
Il-Ministeru għat-Trasport jisħaq li kulldiskussjoni li trid issir għandha tkun waħda komprensiva li twassal għall-bidla radikali tal-mod kif jingħata s-servizz. L-idea li s-servizz irid bilfors jingħata b’karozzi tal-linja kbar li jaħdmu ġurnata iva u oħra le ma tistax tiġi accettata bħala kundizzjoni minn qabel. Għall-kuntrarju l-użu ta’ karozzi iżgħar għandu jkun il-bażi ta’ servizz aħjar f’ċertu lokalitajiet.
Il-Ministeru nnota l-fatt li l-Assoċjazzjoni qedtiskuża ruħha mal-pubbliku, iżda l-unika mod kif tali skuża tiġi aċċettata hu billi l-istess Assoċjazzjoni twaqqaf l-azzjoni illegali tagħha.
Il-Ministeru jinnota wkoll il-mod kif l-Assocjazzjonitat-Trasport Pubbliku f’daqqa waħda biddlet it-talba tas-sussidju mingħand il-gvern minn Lm2.5 miljun għall-Lm1.2 miljun meta korrispondenza diġa ppublikata minn dan il-Ministeru tixhed ċar u tond li l-assoċjazzjoni kienet ilha diversi xhur titlob Lm2.5 miljun għal din is-sena biss.
Fl-aħħar nett il-Ministeru jinsisti li biex ikunujistgħu jinbdew xi taħdidiet ġodda iridu jitwaqqfu immedjatament l-azzjonijiet li qed tieħu l-Assoċjazzjoni u wkoll li jibdew jitħaddmu l-magni tal-biljetti.


Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Inawgurat bust ta’ Ġorġ tal-Mużew fl-Isptar Mater Dei b’tifkira tal-ħidma tiegħu fost dawk vulnerabbli

PR261936

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA I...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERATION OF THE GRAND HARBOUR  ERA launches anniversary publication: A decade of protecting Malta’s natural future

PR261935en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERAT...

Aktar Stqarrijiet Right arrow