Left arrow Mur Lura

MESSAGG TAS-SEGRETARJU PARLAMENTARI EDWIN VASSALLO WAQT ŻJARA LI GHAMEL LID-DIVIZJONI TAL-KUMMERC

pr837
Date Icon 09/07/2003
KienuDipartimenti li jirregolaw u jiġbru l-informazzjoni, joħorġu liċenzji ta’ l-importazzjoni u esportazzjoni, jagħmlu costings, joħorġu l-prezzijiet tal-prodotti mpurtati.  Kienu Dipartiment magħruf aħjar bħala Trade Department u Industry Department.
Illumm’għadhomx iżjed dipartimenti li jirregolaw lin-negozju, iżda li jaraw kif inaqqsu l-burokrazija, jiggarantixxu konsultazzjoni mas-setturi kummerċjali, jissimplifikaw il-proċess tal-ħruġ tal-liċenzji tan-negozji, u jaraw kif ikunu ta’ għajnuna għal min qiegħed fin-negozju.
Dawnser ikunu Dipartimenti li bil-Malta Enterprise ser jaraw ix-xogħol li għandhom bħalissa jieħu dimensjoni ferm aktar sostenibbli.  Mhux għaliex il-Malta Enterprise ser tirdoppja x-xogħol ma’ dawn id-Dipartimenti, iżda għaliex b’dak kollu li qegħdin jagħmlu, huma ser ikunu wkoll Call Center tal-Malta Enterprise għan-negozji żgħar.  Dawn id-Dipartimenti ser jaraw li jqarrbu lil negozji żgħar u self-employed għall-ħidma tal-Malta Enterprise u għalhekk l-organizazzjoni tal-Malta Enterprise ser ikun pass ieħor ‘l quddiem biex intejjbu s-servizz offrut lil min huwa żgħir fin-negozju.
Illummeta wieħed iħares lejn il-ħidma li saret biex ikollna din il-bidla kemm fl-istruttura kif ukoll fil-mentalita’ u work practices ta’ dawn id-dipartimenti, persważ li wieħed jista jara kif il-ħidma tal-Gvern ta’ l-amministrazzjoni li għaddiet wasslet li toħloq bidliet meħtieġa għas-self employed u negozji żgħar.
Bil-ħidmata’ dan il-Gvern ġdid, irridu nkomplu nsaħħu s-servizzi li bdejna noffru s-sena li għaddiet lis-self-employed.  Kienu bosta li nqdew minn dawn id-Dipartimenti.  L-isfidi li kellhom jgħaddu minnhom dawn l-uffiċċjali ma kienux żgħar, iżda flimkien irnexxielna nkunu ta’ servizz għal ħafna.  Flimkien irridu nkomplu ntejjbu dan is-servizz biex in-negozji tagħna jkomplu jtejjbu l-operat lejn il-klijenti tagħhom.
Il-ħidmatad-Diviżjoni għall-Kummerċ tiġbor fiha lill-Small Business Unit li toffri s-servizz ta’ segreterija għall-Kunsill Malti għall-Artiġjanat, u għalhekk f’dan il-kuntest, illum hija iżjed magħrufa bħala Small Business and Crafts Unit.  Dan id-Dipartiment iservi wkoll bhala call centre għal negozji żgħar li jkollhom problema rigward proċeduri inefficcjenti u burokratiċi kif ukoll jorganizza l-iskeda ta’ kosultazzjoni b’laqgħat pubbliċi mas-self-employed.  Ma’ dan kollu huwa d-dipartiment li joffri konsultazzjoni u nforamazzjoni lil dawk li jkunu ser japplikaw lil min ser jitlob liċenzja tan-negozju. Minn informazzjoni annessa ma dan ir-rapport, wiehed jista jiehu idea ta kemm nies irrikorrew ghas - servizz ta” l-iSmall Business and Crafts Unit.

L-Uffiċċju ta’ l-Intellectual Property huwa d-Dipartiment li jirregistra l-patents u trademarks fost ħidma oħra. (għal aktar informazzjoni ara d - dokument anness)

It-TradeLicensing Unit hija responsabbli għall-ħruġ tal-liċenzji tan-negozji u liċenzji ta’ mportazzjoni. F’dan id-Dipartiment daħlu 2459 applikazzjoni tal-liċenzja f’sena ta’ ħidma, li minnhom 1421 inħarġu, 878 applikazzjoni qed jiġu pproċessati filwaqt li 160 applikazzjoni għadhom pendenti, ghaliex jehtiegu aktar informazzjoni.
F’dinid-diviżjoni jiltaqa’ wkoll il-Bord ta’ l-Appell għal sistema tal-ħruġ tal-liċenzji tan-negozju li jinħarġu kemm mit-Trade Licensing Unit kif ukoll mill-Kunsill Lokali.
Jiltaqa’wkoll il-Consultative Committee li ġie mwaqqaf skond il-liġi tal-ħruġ tal-liċenzji tan-negozju, bil-għan li jagħti pariri dwar regolamentazzjoni fil-proċess tal-ħruġ tal-liċenzji.
Finalmentil-Policy Directorate tikkordina l-ħidma wkoll ta’ l-Outreach Unit li toħroġ barra mid-Dipartiment biex tintroduċi s-servizzi ta’ din id-Diviżjoni lill min qiegħed fin-negozju.
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Inawgurat bust ta’ Ġorġ tal-Mużew fl-Isptar Mater Dei b’tifkira tal-ħidma tiegħu fost dawk vulnerabbli

PR261936

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA I...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERATION OF THE GRAND HARBOUR  ERA launches anniversary publication: A decade of protecting Malta’s natural future

PR261935en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERAT...

Aktar Stqarrijiet Right arrow