L-Ghazla ghas-sit ta’ l-Enginereed Landfill
pr836
09/07/2003
| Wara li fil-jiem li ghaddew | giet imposta l-mizura sabiex materjal mill-industrija tal-kostruzzjoni ma jibqax jiddahhal fil-mizbla tal-Maghtab, il-Ministru tar-Rizorsi u l-Infrastruttura, l-Onor. Ninu Zammit habbar il-pass li jmiss sabiex fl-ahhar ta’ April 2004 ma jidhol l-ebda skart fil-Maghtab. |
| Il-Ministru | spjega li wara l-istudji necessarji u r-rapporti dettaljati maghmula mill-konsulenti barranin fosthom SLR u Scott Wilson, is-sit l-aktar ippreferut sabiex tinbena Engineered Landfill hija s-sit maghrufa bhala ta’ l-Ghallis ta’ Gewwa. Hu tenna li wara li f’April ta’ din is-sena saret analizi xjentifika fuq iz-zewg siti - dawk ta’ l-Ghallies ta’ Gewwa u Benghisa - l-esperti u l-konsulenti rrakkomandaw li mil-lat ambjentali, ekonomiku u ekologiku, is-sit propost ta’ l-Ghallies huwa adattat ghal dan l-iskop. |
| Il-Perit | Ninu Zammit spjega li l-istudji msemmija issa ser jigu sottomessi lill-MEPA sabiex jittiehdu l-proceduri neccesarji, fosthom l-EIA (Environmental Impact Assessment) flimkien ma’ konsultazzjoni mehtiega u eventwalment johorgu l-permessi ghall-izvilupp. |
| Mil-lat | geologiku, is-sit ta’ l-Ghallies jitlob li biex tinbena Engineered Landfill irid jitqatta` jew jigi skavat volum konsiderevoli ta’ blat. Ghaldaqstant, il-Gvern ra li sabiex l-iskart domestiku ma jibqax jintrema fil-Maghtab, kellhom jigu identifikati barrieri digà ezistenti, li ma jintuzawx ghal skop ta’ qtugh ta’ blat sabiex iservu ghal bini ta’ Engineered Landfills ghal zmien temporanju, sakemm jitqatta` l-vojt neccesarji fl-Ghallies. |
| Ghal dan l-iskop, kompla jispjega l-Ministru Zammit, twaqqaf Kumitat | ‘ad hoc’ li kien jinkludi rapprezentanti mill-Wasteserv, l-Awtorità dwar ir-Rizorsi u l-MEPA sabiex jissottomettu rapport ghad-dispozizzjoni tal-Gvern, dwar dawn it-tip ta’ gerhiet vizwali li ghandu pajjizna. |
| Ir-Rapport tal-Kumitat ikkonkluda li mil-lat ambjentali, harsien ta’ l-ilma | tal-pjan, u mil-lat geologiku, is-siti tal-Maghlaq u Qasam il-Kbir huma l-ahjar sabiex jintuzaw ghal dan l-iskop, jigifieri biex iservu bhala ‘interim landfills’ sakemm jitqatta` l-vojt digà msemmi fl-Ghallies. |
| Il-Ministru | ghar-Rizorsi u l-Infrastruttura rrimarka li ser issir l-analizi tal-progett sabiex dawn is-siti jigi rijabilitati b’tali mod li jsebbhu l-ambjent u jistghu jintuzaw kemm ghall-skopijiet agrikoli, afforestazzjoni, jew xi skopijiet ohra. |
| Fil-prezent, | il-Ministeru qed ihejji l-pjan ta’ azzjoni biex fil-futur immedjat jinbeda l-process ta’ separazzjoni ta’ l-iskart fil-pajjiz kollu. Il-Ministru ghamel referenza wkoll ghal pjan tar-rijabilitazzjoni tal-mizbliet ezistenti, liema pjan ta’ implementazzjoni ghandu jinbeda’ fuq it-tlett mizbliet, cioe` l-Maghtab, il-Qortin u l-Fulija, hekk kif jieqaf id-dhul ta’ l-iskart f’dawn il-mizbliet. L-attwazzjoni tar-rijabilitazzjoni ser issir b’ghajnuna finanzjarja mill-Unjoni Ewropea. |
| Finalment, | il-Ministru Ninu Zammit sostna li wara li gie maqbul pjan ta’ azzjoni fir-rigward ta’ hrug ta’ permessi bejn il-Ministeru u l-MEPA, ser jittiehdu l-proceduri neccesarji kollha halli l-obbligi nazzjonali li l-Gvern dahal ghalihom jinzammu sabiex il-problema ta’ l-iskart f’pajjizna tissolva bl-akbar serjeta’ u b’impenn. |
Stqarrijiet Oħra:
PR261936
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA I...
PR261935en