MIZURI KONTRA L-ANZJANI MILL-ASSOCJAZZJONI TAS-SIDIEN TAL-KAROZZI TAL-LINJA (PTA)
pr832
08/07/2003
| Is-Segretarju | Parlamentari fi hdan il-Ministeru ghall-Politika Socjali, l-Onor. Dr. Francis Agius jirreferi ghall-konferenza stampa li nghatat il-bierah mill-Assocjazzjoni tas-sidien tal-Karrozzi tal-linja (PTA), li fiha thabbru l-azzjonijiet industrijali li ser jittiehdu b’effett minn ghada l-Erbgha, 9 ta’ Lulju. |
| Is-Segretarju | Parlamentari Francis Agius jiddispjacih jinnota li din l-Assocjazzjoni ghazlet li timmira l-azzjonijiet taghha kontra l-anzjani f’pajjizna, li jaghmlu uzu mill-Kartanzjan. |
| Dan | is-servizz huwa wiehed mahsub bhala mizura socjali biex tghin lill-anzjani jkunu attivi u biex jintegraw fis-socjeta’. Azzjoni bhal din m’hix gustifikata u hija nieqsa minn kull konsiderazzjoni socjali. |
Dr. Agius ghalhekk jappella lil Assocjazzjoni biex tirtira din l-azzjoni mmedjatament, ghaliex biha ser tbati biss sezzjoni tal-poplu Malti li hi dghajfa u jixirqilha trattament ferm ahjar minn kulhadd.
Stqarrijiet Oħra:
PR261936
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA I...
PR261935en