Imhabbar il-prezz tal-patata ghal din is-sena
pr828
07/07/2003
| Il-prezz | nett tal-patata ghall-bdiewa ghal din is-sena, jigifieri wara li tnehhi l-ispejjez tal-grading, ser ikun ta’ Lm13.05 il-qantar. Il-prezz gross hu ta’ Lm14-il qantar. Il-bdiewa li gew certifikati ghal Eurepgap ser jircievu prezz nett ta’ Lm13.80 kull qantar u dan biex jigi rikonoxxut l-impenn taghhom.. Dan jawgura tajjeb ghall-gejjieni ta’ dan is-settur u ghal dawk kollha li ser jippartecipaw fil-Eurepgap Protocol. |
| Dan | thabbar mill-Ministru ghall-Affarjiet Rurali u l-Ambjent, l-Onor. George Pullicino f’diskors li ghamel waqt il-prezentazzjoni ta’ certifikati tal-Eurepgap lill-bdiewa. Din l-attivita’ fakkret ukoll il-25 anniversarju mill-kollaborazzjoni mal-kumpannija Daalimpex fl-esportazzjoni tal-patata lejn is-suq Olandiz. |
| Il-Ministru | Pullicino qal li l-prezz offrut ghal din is-sena huwa prezz tajjeb hafna u jirrikonoxxi l-impenn ta’ kull min hu involut. |
| Hu | sahaq fuq l-importanza ta’ kwalita gholja tal-prodotti u appella lill-bdiewa biex ikunu organizzati dejjem ahjar bejniethom. Hu tkellem dwar ix-xoghol li ghaddej bhalissa fosthom l-investiment fi grading u cold rooms ghall-pitkalija, twettiq ta’ progetti fuq it-thawwil ta’ dwieli u sigar taz-zebbug, aktar investiment fl-Ghammieri biex isir centru ta’ ricerka fis-settur agrikolu, introduzzjoni ta’ kodici ta’ prassi ghas-settur tal-biedja, analizi tal-hamrija biex ikollna x-ray tal-kompozizzjoni tal-hamrija f’Malta u Ghawdex u ricerka fuq iz-zrieragh fost l-ohrajn. Dawn il-progetti huma l-bicca ‘l kbira ffinanzjati mill-UE u jirrikjedu hafna xoghol. |
| Il-Ministru | George Pullicino qal li r-riforma tal-Politika Agrikola Komuni, maghrufa bhala l-CAP, ghandha toffri incentivi godda ghal pajjiz u suq zghir bhal Malta ghaliex is-sussidji mhux se jibqghu jinghataw esklussivament fuq l-ammont ta’ produzzjoni izda se jibdew jitqiesu wkoll il-kwalita’, l-izvilupp rurali u l-harsien tal-ambjent. |
| George | Pullicino qal li l-bdiewa se jkunu qed joperaw f’rejalta’ gdida ta’ suq hieles. Hu qal li huwa minnu li l-Gvern innegozja biex ghas-settur tal-biedja ikun hawn klawsola ta’ salvagwardja ghall-ewwel hames snin mid-data tas-shubija u l-Gvern bihsiebu li jirrikorri ghaliha jekk tinqala’ l-htiega. Madankollu kullhadd ghandu jifhem li rridu nkomplu nahdmu biex nifhmu x’irid is-suq, tenna l-Ministru Pullicino. |
| Hu | tkellem dwar l-impenn li dahal ghalih l-Ministeru meta dahhal ghall-ewwel darba l-Protokoll tal-Eurepgap. Ghall-ewwel dan il-programm intlaqa b’xetticizmu mill-bdiewa li hadu sehem fih izda wara ftit bdew jindunaw li dan kien ta’ beneficcju ghalihom u ghenhom biex jorganizzalhom xogholhom. Il-Eurepgap fissret ukoll xoghol u esperjenza gdida ghall-ufficjali tal-Ministeru li wrew entuzjazmu u impenn kbir minkejja xi diffikultajiet. Huwa fil-fatt ta’ sodisfazzjoni li kwazi l-biewa kollha li hadu sehem gew iccertifikati. Il-Ministru Pullicino qal li ghas-sena d-diehla l-Ministeru ser ikompli fuq dan il-progett u l-hsieb hu li l-bdiewa kollha jkunu certfikati izda ser ikun hemm bzonn l-impenn ukoll inkluz dak finanzjarju ta’ min ser jesporta direttament. |
| Hu | qal li fl-esportazzjoni tal-patata ta’ din is-sena kellna sena difficli b’mod partikolaru minhabba l-glata izda xorta wahda esportajna ‘l fuq minn 4,000 tunnellata ta’ patata tat-tipi Alpha u Sante’. |
| Hu | zied jghid li minn ghada il-processuri ser jibdew jiehdu t-tadam ghall-ipprocessar u qed tkun mistennija sena tajba hafna fis-settur tad-tadam u l-prezz li ser jgib il-bidwi, jigifieri l-prezz minimu ta’ 9c kull kilo li jinkludi 7c sussidju. Dan is-sussidju ntlaqa’ b’sodisfazzjon mill-Koperattiva Centrali u mill-Assocjazzjoni tal-Bdiewa. |
| Il-Ministru Pullicino radd hajr lil dawk | kollha li kkoperaw mad-Dipartiment tal-Agrikoltura biex irregistraw l-art ghat-tahwil tad-tadam u prodotti ohra. Hu qal li dan ix-xahar ser jinhargu c-cekkijiet mahduma fuq Lm10 it-tomna liema cekkijiet jammontaw ghal ftit anqas minn Lm70,000. |
Stqarrijiet Oħra:
PR261936
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA I...
PR261935en