ŻJARA MILL-MINISTRU GĦALL-AFFARJIET RURALI U L-AMBJENT GEORGE PULLICINO FIR-RENJU UNIT FUQ STEDINA TAL-GVERN INGLIŻ
pr820
04/07/2003
| Il-Ministru | għall-Affarjiet Rurali u l-Ambjent George Pullicino għadu kif temm żjara fir-Renju Unit fuq stedina tal-Gvern Ingliż. |
| Matul | iż-żjara tiegħu, il-Ministru Pullicino attenda ‘The Royal Agricultural Show 2003’ fWarwickshire u kellu wkoll għadd ta’ laqgħat f’Londra. |
| Waqt | l-Agricultural Show, li din is-sena kellha mal-1,500 esebitur, huwa ltaqa’ fost l-oħrajn ma’ numru ta’ rapreżentanti ta’ istituti ta’ riċerka mir-Renju Unit. Magħhom tkellem dwar il-possibiltà ta’ skambji maċ-Ċentru tar-Ricerka tal-Gvern fl-Għammieri, sabiex issir applikazzjoni lokali tat-teknoloġija indikata. Waqt l-istess wirja huwa ltaqa’ wkoll ma’ Ben Bradshaw, Segretarju Parlamentari fil-Ministeru għall-Ambjent, Ikel u Affarjiet Rurali. |
| Il-Ministru | George Pullicino kellu wkoll laqgħa ma’ Barbara Young, Kap Eżekuttiv ta’ l-Aġenzija għall-Ambjent. Fil-laqgha ġiet diskussa l-għajnuna li jista’ jagħti l-Gvern tar-Renju Unit għal taħriġ tekniku speċjalment fuq l-infurzar tal-liġijiet. |
| Il-Ministru | Pullicino ltaqa’ wkoll ma’ Lord Whitty, Parliamentary Under Secretary fil-Ministeru għall-Ambjent, Ikel u Affarjiet Rurali. |
Other Press Releases:
PR261936
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA I...
PR261935en