ZJARA TAS-SEGRETARJU TA’ L-ISTAT FINLANDIZ F’MALTA
PR82
22/01/2003
| L-Eccellenza Tieghu l-Ambaxxatur Antti Johannes Satuli, Segretarju ta’ | l-Istat fil-Ministeru ta’ l-Affarijiet Barranin tal-Finlandja zar Malta ghal gurnata impenjattiva ta’ tahditiet ma’ bosta esponenti Maltin tal-politika barranija ta’ pajjizna. |
| L-Ambaxxatur Satuli ghamel zjarat ta’ kortesija | lill-Ministru ta’ l-Affarijiet Barranin Malti, l-Onorevoli Joe Borg, u lill-President tal-Kumitat ta’ l-Affarijiet Barranin tal-Kamra tar-Rapprezentanti, l-Onorevoli Dolores Cristina. Matul dawn iz-zjarat, l-Ambaxxatur Satuli iddiskuta il-process ta’ Malta lejn shubija fl-Unjoni Ewropea, is-sehem li qed taghti u li tkompli tista’ taghti Malta fil-fora regjonali, b’mod partikolari dawk li jikkomprendu pajjizi ohrajn Mediterranei, kif ukoll titjib fir-relazzjonijiet bilaterali bejn Malta u l-Finlandja. |
| Is-Segretarju ta’ l-Istat Finlandiz ltaqa’ ukoll | mas-Segretarju Permanenti fil-Ministeru ta’ l-Affarijiet Barranin, ma’ bosta ufficcjali gholja tal-Ministeru, u man-Negozjatur Ewlieni ta’ Malta ghall-Unjoni Ewropea, is-Sur Richard Cachia Caruana. F’dawn il-laqghat tkompla jissahhah id-djalogu bejn iz-zewg nahat, u saru suggerimenti kif Malta u l-Finlandja jistghu jikkooperaw f’aktar oqsma bejniethom, b’mod specjali meta Malta tissieheb fl-Unjoni Ewropea. |
| Tul iz-zjara tieghu, l-Ambaxxatur Satuli kellu l-okkazjoni | jindirizza lill-impjegati tal-Ministeru ta’ l-Affarijiet Barranin, fejn qasam maghhom hsibijiet dwar l-irwol ewlieni ta’ l-ufficcjali li jahdmu fil-qasam diplomatiku fit-tehid ta’ decizjonijiet importanti fost il-pajjizi membri ta’ l-Unjoni Ewropea. Hu illustra t-tahdita tieghu billi silet esperjenzi li ghadda minnhom pajjizu malli issieheb fl-Unjoni Ewropea. |
| L-Ambaxxatur Satuli, li huwa akkumpanjat mill-Ambaxxatur | Finlandiz ghal Malta, l-Eccellenza Tieghu Dieter Vitzthum, kif ukoll mis-Sur Pekka Orpana, Direttur fil-Ministeru ta’ l-Affarijiet Barranin Finlandiz ghall-Ewropa Centrali u tax-Xlokk, se jhalli Malta ghada l-Hamis. |
Other Press Releases:
PR261932
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-GVERN LOKALI U X-XOGĦLIJIET PUBBLIĊI Kważi n...
PR261931