TAGHLIM PERSONALIZZAT BIEX HADD MA JIBQA’ LURA
pr818
04/07/2003
| Il-Gvern irid li kull membru tas-socjetà, hu minn fejn hu, ikollu | bazi ta’ edukazzjoni li tghinu ma jaqax lura. Ghal dan il-ghan, il-Ministeru ta’ l-Edukazzjoni bi hsiebu jahdem, issa fuq bazi individwali, sabiex jilhaq lil dawk l-individwi fis-socjetà li ghandhom bzonn l-ghajnuna fit-taghlim. |
| Dan qalu l-Ministru ta’ l-Edukazzjoni Louis Galea meta dalghodu | tkellem waqt konferenza ta` l-ahbarijiet li matulha gie mniedi kors ta’ taghlim personalizzat fl-Ingliz ghall-adulti. |
| Il-Ministru | Galea qal li t-taghlim sar wiehed mill-aktar ghodod mehtiega f’dinja li dejjem qed jizviluppa. Biex kull cittadin ihossu integrat mas-socjetà li jghix fiha jehtieglu jkun mghammar b’bazi ta’ edukazzjoni ghax inkella jaqa’ lura. Sfortunatament anki f’Malta hawn individwi li ghal xi raguni jew ohra waqghu lura fit-taghlim taghhom bil-konsegwenza li llum qed jiffaccjaw diversi problemi fosthom biex isibu xoghol. |
| Biex | jiggieled lil din il-problema l-Ministeru ta’ l-Edukazzjoni qed iniedi kors ta’ taghlim ta` l-Ingliz ghal adulti. Dan il-progett pilota qed isir flimkien ma’ ghaxar kunsilli lokali fejn instab li numru ta’ nies ma setghux jintlahqu permezz ta’ inizjattivi edukattivi ohra. Dan it-taghlim mhux se jsir f’post centrali imma fid-diversi lokalitajiet biex hadd ma jsib diffikulta’ li tista’ twasslu sabiex jaqta’ qalbu. |
| Il-lokalitajiet | fejn se jinghataw dawn il-korsijiet huma: Haz Zebbug, Birzebbuga, Naxxar, Gharghur, Zurrieq, Qormi, Mosta, Bormla, Gzira u Valletta. |
| Meta | persuna tapplika ghal dan il-kors isirilha assessment biex jigi stabbilit x’livell edukattiv ghandha. Wara li l-applikant ikun accettat, jinholoq Pjan ta’ Taghlim Individwali biex l-ghalliem ikun jaf x’inhuma l-htigijiet ta’ l-individwu. Hemm il-hsieb li jinholoq Porfolio u Record Sheet ta` l-‘istudent’ biex meta eventwalment imur biex japplika ghal impjieg ikun jista’ juri kampjuni tax-xoghol li jkun ghamel tul il-kors. |
| Fl-ahhar | tal-kors l-individwu jigi assessjat biex jigi accertat li l-pjan tat-taghlim ghall-individwu jkun twettaq kif mixtieq. Id-Dipartiment Edukazzjoni ghall-Adulti ghandu l-hsieb li jaghti certifikati lil dawk li jtemmu b’success dan il-kors. |
| 32 | ghalliema li jistghu jghallmu f’dan il-kors, f’Marzu li ghadda attendew kors immexxi mis-Sinjorina Fil Oates (Maltija li toqghod l-Ingilterra) li bhalissa hija l-Assistant Principal Community Learning Services fil-Guildford College of Further and Higher Education. Il-Ministru ta` l-Edukazzjoni, fi tmiem il-konferenza ta` l-ahbarijiet qassam certifikati lil dawn l-ghalliema. |
| Prezenti | ghall-konferenza ta` l-ahbarijiet kien hemm ukoll ufficjali mid-Department of Further Studies and Adult Learning tad-Divizjoni tal-Edukazzjoni kif ukoll sindki mill-lokalitajiet fejn se jsiru dawn il-korsijiet. |
Stqarrijiet Oħra:
PR261936
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA I...
PR261935en