STQARRIJA MILL-MINISTERU TAL-FINANZI U L-AFFARIJIET EKONOMICI DWAR STATISTICI TAL-GDP
pr810
03/07/2003
| L-ambjent internazzjonali ekonomiku, li kien diga` dghajjef minhabba | stagnar fl-ekonomiji l-kbar bhal dik ta` l-Ewropa u l-Amerika, kompla jigi affetwat b’mod negattiv minhabba l-krizi ta’ l-Iraq u l-fenomenu tal-virus tas-SARS. L-ekonomija Maltija, li t-tkabbir taghha jiddependi fuq in-negozju fid-dinja, giet affettwata ukoll b’mod negattiv minn dawn l-izviluppi. Dan kien rifless fit-tnaqqis ta’ l-ekonomija Maltija kif jindikaw il-figuri ta’ l-ewwel tliet xhur ta’ din is-sena. |
| Dwar | dan il-Ministru tal-Finanzi u l-Affarijiet Ekonomici John Dalli qal li madankollu l-konsum lokali zdied b’4 miljun Lira biex irrizulta b’mod pozittiv ghas-setturi li jiddependu minnhu. Ghalhekk kien hemm zieda fl-industrija tal-manifattura, f’dak tal-kostruzzjoni u fis-servizzi. |
| Il-Ministru | John Dalli fakkar li matul dan iz-zmien, f’pajjizna, kellna zewg elezzjonijiet. Hija drawwa li f’pajjizna kull meta jkun hawn elezzjoni, ir-ritmu ta’ l-ekonomija jbatti minhabba li jkun hemm il-biza li jittiehdu decizjonijiet. |
| Il-Ministru | tal-Finanzi u l-Affarijiet Ekonomici qal li wiehed ghandu jinnota li c-cifri ufficjali juru wkoll tkabbir fl-importazzjoni tal-materjal ghall-iprocessar u makkinarju industrijali. Il-Ministru Dalli qal li dan juri li l-industrija qed thares lejn il-futur b’mod pozittiv ghax qed tinvesti fl-istocks taghha. Huwa qal ukoll li kien hemm zieda fl-investiment ta’ 7.5 miljun Lira wara tnaqqis fl-investiment tul is-sentejn ta’ qabel. |
| Il-Ministru | tal-Finanzi u l-Affarijiet Ekonomici qal li jidher li matul ix-xhur ta’ April u Gunju kien hemm zieda fl-esportazzjoni u fit-turizmu. Dan jaghti xejra iktar pozittiva lill-ekonomija Maltija. |
Stqarrijiet Oħra:
PR261936
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA I...
PR261935en