Left arrow Go Back

Il-Ministru għall-Affarjiet Rurali u l-Ambjent, l-Onor. George Pullicino iniedi l-Fond għall-Ambjent

pr809
Date Icon 02/07/2003
Il-Fond għall-Ambjent li hu mwaqqaf taħt l-Attgħall-Ħarsien ta’ l-Ambjent se jkun jista’ jintuża biex jiffinanzja analiżi u stħarriġ biex jitħares l-ambjent u xogħlijiet oħra bl-istess għan, isewwi ħsarat kaġunati lill-ambjent inklużi dawk marbuta ma’ pjanijiet ta’ kontinġenza u emerġenza bħal fil-każ ta’ tniġġiż ambjentali jew xi diżgrazzja ambjentali oħra u jiffinanzja attivitajiet oħra fosthom dawk magħmula minn għaqdiet mhux Governattivi.
Dan qalu l-Ministru għall-Affarjiet Rurali u l-Ambjent,l-Onor. George Pullicino waqt konferenza ta’ l-aħbarijiet li matulha tnieda uffiċjalment il-Fond għall-Ambjent.
Ic-Chairperson tal-Fond hu s-Sur Tonio Portughese,filwaqt li l-membri se jkunu s-Sinjorina Pauline Grech, li kienet nominata mill-Awtorita’ ta’ Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar (il-MEPA) u s-Sur Paul Micallef li kien nominat mill-Ministru tal-Finanzi u Affarijiet Ekonomici.
Il-Ministru Pullicino spjega li l-Fond għandupersonalita’ ġuridika distinta mill-Gvern u mill-MEPA. Hu qal li l-fond jista’ jirċievi fondi li jew ikunu vvutati lilu direttament mill-Parlament, jew b’donazzjoni li tista’ ssir minn kull persuna jew entita’.
Il-MEPA għandha skond l-Att għall-ħarsien ta’ l-Ambjent,tqiegħed fil-Fond kull somma ta’ flus li l-MEPA tista’ titlob bħala garanzija finanzjarja biex tpatti għal kull dannu li jista’ jiġi kaġunat lill-ambjent b’xi attivita’ li tenħtieġ liċenzja taħt l-Att għall-ħarsien ta’ l-Ambjent.
Il-Ministru Pullicino qal li l-MEPA hija obbligatawkoll, taħt l-istess Att, li tqiegħed fil-Fond kull ammont li jiġi miftiehem bejnha u bejn min jinstab ħati li kkaġuna ħsara lill-ambjent bħala penali ta’ kompromess, minflok illi l-kawża tmur il-Qorti. Dan huwa mezz biex jevita dewmien sakemm tiġi rranġata l-ħsara u biex fl-istess ħin jiġi attivat il-prinċipju li min iħammeġ irid iħallas (‘polluter pays principle’).
Iċ-Chairperson tal-Fond għandu l-poter li jagħmelazzjoni f’isem il-Gvern biex min jikkaġuna danni ambjentali jħallas lill-Fond somma ta’ flus biex tagħmel tajjeb għad-danni ambjentali li jkun ikkawża.
Din l-azzjoni għal ħlas ta’ danni ambjentalitista’ ssir barra li jitħallsu spejjeż għal danni oħra ċivili.
Il-Ministru Pullicino qal li din l-azzjoni għaldanni ambjentali tippermetti li pajjiżna jkun f’pożizzjoni minn ta’ quddiem biex jkun jista’ jattwa d-Direttiva, li qed tiġi diskussa bħalissa, dwar Responsabbilta’ Ambjentali għall-ħarsien ta’ l-Ambjent u t-Tiswija ta’ Ħsarat Ambjentali "Environment Liability with regard to the Prevention and Remedying of Environmental Damage".
Hu temm jgħid li minn studju li sar mill-KummissjoniEwropea jirriżulta li l-impatt ta’ din id-direttiva fuq il-kompetittivita’ fl-industrija għandu jkun minimu.
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Inawgurat bust ta’ Ġorġ tal-Mużew fl-Isptar Mater Dei b’tifkira tal-ħidma tiegħu fost dawk vulnerabbli

PR261936

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA I...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERATION OF THE GRAND HARBOUR  ERA launches anniversary publication: A decade of protecting Malta’s natural future

PR261935en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERAT...

More Press Releases Right arrow