Left arrow Mur Lura

e-Europe 2005 - Soċjetà ta` l-informazzjoni għal kulħadd

pr808
Date Icon 02/07/2003
Il-politikaelettronika tal-Gvern mill-2000 ‘l hawn issejset fuq il-pjan ta’ azzjoni ta’ l-Unjoni Ewropea f’dan il-qasam.  Kien għalhekk illi l-istrateġija tal-Kummissjoni eMalta għas-snin 2001 – 2003 kif ukoll il-program għall-Gvern Elettroniku nbnew fuq l-eEurope+ - pjan ta’ azzjoni għall-pajjiżi kandidati li poġġa numru ta’ oġġettivi għat-twettiq ta’ soċjetà u ekonomija bbażati fuq it-teknoloġiji ta’ l-informazzjoni u l-komunikazzjoni.
Il-Gvernf’dawn it-tlett snin wettaq numru ta’ inizijattivi biex jilħaq il-miri ta’ l-eEurope+ u oħrajn adattati biex pajjiżna jkollu s-sisien ta’ soċjetà u ekonomija diġitali.  Il-Kumissjoni eMalta adottat l-oġġettiv li kull Malti jkun kapaċi juża’ t-teknoloġija tal-kompjuter, l-Internet u l-email.  Permezz tal-program ‘myWeb’ kull Malti għandu l-opportunità jitgħallem b’xejn kif juża’ t-teknoloġija.  Ingħata wkoll account ta’ l-email b’xejn lil kulħadd.  L-aċċessibilità ta’ l-Internet żdiedet sew ukoll.  Kull Kunsill Lokali għandu Internet Café fejn l-aċċess għal numru ta’ kompjuters huwa offrut b’xejn lill-membri tal-kommunità.  Ġew ukoll installati numru ta’ Web phones fit-toroq u l-pjazez ewlenin.
It-tixridtat-tagħlim tas-suġġetti relatati mat-teknoloġiji ta’ l-informazzjoni u l-kommunikazzjoni kienet prijorità oħra tal-Kummissjoni.  Għalhekk l-istudenti kollha fl-aħħar sena tas-sekondarja fl-iskejjel ta’ l-istat ngħataw il-possibilità li joqgħodu għall-eżamijiet tal-European Computer Driving License – ċertifikat internazzjonali mfittex sew fis-suq tax-xogħol.
Fuqlivell aktar avvanzat twaqqfu numru ta’ akkademji li joffru ċertifikazzjoni professjonali ta’ livell avvanzat fosthom dik tas-Cisco u fiż-żmien qarib dawk tal-Microsoft u l-Oracle.  Dawn huma biss ftit mill-proġetti tal-Kumissjoni eMalta li flimkien ma’ organizzazzjonijiet oħra ħadmet fuq diversi proċetti oħra biex Malta tkun lesta tilqa’ l-isfidi l-ġodda tas-soċjetà bbażata fuq it-tixrid ta’ l-informazzjoni.
Tnedewukoll numru ta’ servizzi elettroniċi immiratti lejn iċ-ċittadin kif ukoll lejn il-kommunità kummerċjali.  Illum wieħed jista’ jinqeda minn kull servizz bażiku permezz ta’ l-Internet.  Għalhekk wieħed jista’ jġib informazzjoni, jimla formoli, u jħallas permezz ta’ l-Internet mill-kumdità ta’ daru jew tal-kommunità tiegħu. Twaqqaf servizz fejn kull ċitaddin jista’ jagħmel ilment, suġġeriment jew mistoqsija lil kull entità tal-Gvern permezz ta’ l-Internet.  Twaqqfu diversi strutturi biex jiggarantixxu servizz elettroniku ta’ livell għoli. Permezz tal-‘payment gateway’ wieħed jista’ jħallas minn fuq l-Internet f’ambjent ta’ sigurtà.
Fil-ġimgħatli ġejjin ser inħabbru t-twaqqif ta’ sistema ta’ reġistrazzjoni u awtentikazzjoni li ser tippermetti numru ta’ servizzi publiċi oħra permezz ta’ l-Internet.
Maltaħadet sehem attiv fil-proċess ta’ l-Europe+ mill-bidu nett ta’ dan il-proċess. F’Ġunju 2002 l-Unjoni Ewropea ippublikat l-ewwel rapport ta’ progress dwar il-programm Europe+.  Malta kienet klassifikata fost l-aqwa f’diversi indikaturi li juru l-progress tal-pajjiżi fil-mixja tagħhom lejn soċjetà diġitali.
F’Ġunju2002, l-Unjoni Ewropea ċċertifikat lil Malta bħala l-pajjiż fost il-membri l-ġodda ta’ l-Unjoni Ewropea bl-akbar numru ta’ kompjuters għat-tfal ta’ l-iskejjel primarji u sekondarji u b’ċifri impressjonanti ta’ kemm Maltin jużaw l-Internet. L-istess rapport, faħħar ukoll il-program tal-Gvern Elettroniku li bis-saħħa tiegħu numru ta’ servizzi pubbliċi qed jiġu offruti permezz ta’ l-Internet.
Filwaqtli ġie rikonoxxut l-progress tal-pajjiżi membri u kif ukoll dawk kandidati fil-qasam tat-teknoloġija ta’ l-informazzjoni, l-Unjoni Ewropea ħasset li għandha taġġorna l-għanijiet strateġiċi, u kien għalhekk li twaqqaf  l-eEurope 2005.   Dan il-pjan ser ikompli jibni l-policy ta’ l-Unjoni biex tkompli titkattar is-soċjetà u l-ekonomija ta’ l-informazzjoni. L-eEurope 2005 tagħmel enfasi fuq l-aċċess għall-broadband bħala l-istrument għat-titijib tal-kwalità tal-ħajja taċ-ċittadini Ewropej.
Waral-elezzjoni ġenerali ta’ April li għadda u t-twaqqif tal-Ministeru ghat-Teknoloġija ta’ l-Informazzjoni u l-Investiment, il-Gvern beda x-xogħol fuq strateġija aġġornata li filwaqt li tikkonsolida dak li diġà inkiseb (fil-programm tal-Gvern 2001-2003), tqegħdu oġġettivi ġodda biex Malta tkompli tgawdi mill-opportunitajiet li toffri l-użu tat-teknoloġija.
Dinl-istrateġija mhux biss tinkludi l-oġġettivi kollha ta’ l-eEurope 2005, iżda wkoll tadotta numru ta’ azzjonijiet oħra li jirriflettu il-karatteristiċi tal-pajjiż fosthom il-pożizzjoni ġeografika kif ukoll l-ekonomija li jħaddem.  L-eEurope 2005 ghandu numru ta’ oggettivi li l-għan tagħhom hu li jiġġeneraw aktar servizzi online.
L-għanahhari huwa li nibnu soċjetà inklussiva fejn neliminaw il-firda diġitali.  L-għanijiet speċifici tat-eEurope 2005 huma li:

§        Jkun hemm servizz fuq broadband fl-iskejjel, l-isptarijiet u uffiċji tal-Gvern;

§        Aktar servizzi pubbliċi internattivi, aċċessibiltà għal kulħadd u mezzi alternattivi ta’ kif tinqeda mingħand il-Gvern;

§        Servizzi tas-saħħa online;

§        Jitneħħew l-ostakkli kollha li jistgħu jwaqqfu l-progress tal-broadband;

§        Aġġornament tal-liġijiet li jolqtu l-Kummerċ Elettroniku;

§        Tinbena Cyber Security Taskforce.   

Il-Gvernser jippubblika l-istrateġija tiegħu għall-perjodu 2004-2007 wara li, kif għamel fil-perjodu li qegħdin fih, jikkonsulta mal-partijiet kollha nteressati.
Biexikompli jwessa l-konsultazzjoni fuq id-deċiżjonijiet tiegħu l-Gvern ser iniedi ukoll Kunsill Konsultattiv dwar is-Soċjetà ta’ l-Informazzjoni.  L-oġġettiv tal-Kunsill hu li jqarreb lill-partijiet kollha li permezz ta’ l-operat jew l-esperjenza tagħhom jistgħu jipprovdu informazzjoni u jagħtu pariri lill-Gvern fl-implementazzjoni ta’ l-istrateġija tiegħu.
Saminn wara l-elezzjoni, l-ħidma tal-Gvern f’dan il-qasam kompliet bla heda.  Wara li l-Gvern issottometta numru ta’ servizzi elettroniċi għal awards ta’ l-eEurope, il-Kummissjoni Ewropea ħabbret illi fost il-proġetti magħżula kien hemm il-proġett Malti tal-“m-Government”.  Dan il-proġett ser ikun qed jikkompeti fost l-aqwa proġetti ta’ ‘good practice’ fil-konferenza internazzjonali li ser issir il-ġimgħa id-dieħla f’Como l-Italja.
Dinil-konferenza internazzjonali ser tlaqqa numru ta’ Ministri responsabbli mit-teknoloġija minn erbgħin pajjiż differenti. L-għan hu li jiġi diskuss kif permezz ta’ l-użu tal-Gvern Elettroniku titjieb il-kwalità tal-ħajja taċ-ċittadini u tiżdied il-kompettitività tal-pajjiż.  Il-konferenza hija opportunità unika biex jinqasmu l-esperjenzi bejn il-pajjiżi, biex isiru kuntatti man-nies fl-istess qasam u biex Malta turi l-avvanzi tagħha f’dan il-qasam u tippromovi l-proġetti li saru mis-settur publiku kif ukoll dak privat.
Maltabdiet ukoll tieħu sehem attiv fil-proċess ta’ l-eEurope 2005.  Fis-17 ta’ Ġunju li għadda saret l-ewwel laqgħa informali, fejn ġew diskussi l-istrutturi l-ġodda ta’ l-eEurope kif ukoll dokument magħruf bħala r-‘roadmap’.  Dan id-dokument jiġbor flimkien l-oġġettivi kollha tal-pjan t’azzjoni u jelenka numru t’azzjonijiet li għandhom jittieħdu mill-istituzzjonijiet ta’ l-Unjoni Ewropeja kif ukoll mill-pajjiżi rispettivi li qed jieħdu sehem f’dan il-proċess.  Id-dokument tar-‘roadmap’ huwa wieħed ħaj u ser jiġi aġġornat mill-Kummissjoni Ewropeja biex jirrifletti l-progress u l-bidliet f’dan il-qasam.  L-ewwel laqgħa formali ta’ l-eEurope 2005 ‘steering group’ hija mistennija f’Ottubru li ġej.
eEurope2005 ser tkun l-inċentiv biex il-pajjiiżi Ewropej jieħdu vantaġġ mill-iżviluppi fil-teknoloġiji diġitali għall-benefiċċji taċ-ċittadini tagħhom.  Malta qed tadotta l-pjan t’azzjoni ta’ l-eEurope 2005 għax il-Gvern impenjat li jtejjeb il-kwalità tal-ħajja tal-Maltin u li jattira aktar investiment barrani lejn pajjizna.
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Inawgurat bust ta’ Ġorġ tal-Mużew fl-Isptar Mater Dei b’tifkira tal-ħidma tiegħu fost dawk vulnerabbli

PR261936

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA I...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERATION OF THE GRAND HARBOUR  ERA launches anniversary publication: A decade of protecting Malta’s natural future

PR261935en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERAT...

Aktar Stqarrijiet Right arrow