Left arrow Mur Lura

IL-PADILJUN TA’ MALTA FIL-FIERA INTERNAZZJONALI

pr807
Date Icon 02/07/2003
Bħal snin oħra, id-Dipartiment ta’ l-Informazzjoniqiegħed itella’ l-Padiljun ta’ Malta fil-Fiera Internazzjonali li ser tkun miftuħa mil-lum, l-Erbgħa 2 ta’ Lulju sal-Ħadd 13 ta’ Lulju.
It-tematal-Padiljun għal din is-sena hi “Malta fl-Unjoni Ewropea – b’Ħila u b’Ħeġġa”.   Fil-Padiljun wieħed isib informazzjoni stampata u awdjo-viżiva dwar id-diversi aspetti tal-bidliet li qed iseħħu f’pajjiżna fl-isfond tad-dħul ta’ Malta fl-Unjoni Ewropea fl-1 ta’ Mejju 2004.
Rappreżentanti taċ-Ċentruta' l-Informazzjoni Malta-UE (MIC) ser ikunu preżenti fil-Padiljun għad-dispożizzjoni tal-membri tal-pubbliku li jkunu jixtiequ jitolbu informazzjoni  dwar Malta u l-Unjoni Ewropea.  Il-MIC ser jkollu wkoll il-fuljetti kollha  bil-Malti u bl-Ingliż li ġew ippubblikati f'dawn l-aħħar xhur, u li fihom tagħrif dwar aktar minn 100 settur ta' l-ekonomija u x-xogħol.
Kull min iżur il-Padiljunjista’ jieħu sehem f’kompetizzjoni billi jirrispondi numru ta’ mistoqsijiet permezz ta’ kwestjonarju.   Fl-egħluq ta’ kull jum, matul il-ġranet kollha tal-Fiera, l-ewwel kwestjonarju li jittella’ u li jkun fih mill-anqas erba’ tweġibiet tajbin, jintitola lil kompetitur rebbieħ għal Go Mobile Pack.

Ir-rebbieħa jitħabbru kuljum fuq il-website tad-DOI www.doi.gov.mt. L-istess informazzjoni tista’ tinkiseb billi wieħed icempel Freephone 153.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Inawgurat bust ta’ Ġorġ tal-Mużew fl-Isptar Mater Dei b’tifkira tal-ħidma tiegħu fost dawk vulnerabbli

PR261936

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA I...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERATION OF THE GRAND HARBOUR  ERA launches anniversary publication: A decade of protecting Malta’s natural future

PR261935en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERAT...

Aktar Stqarrijiet Right arrow