Left arrow Go Back

AKTAR SERVIZZI FL-ISPTAR SIR PAUL BOFFA

pr803
Date Icon 01/07/2003
F’dawn l-aħħar snin għamilnaqabża fin-numru u fil-kwalità ta’ servizzi offruti fl-Isptar Sir Paul Boffa.  Dan għen mhux ftit biex il-pubbliku beda jħares lejn dan l-isptar mhux iżjed bħala lok fejn wieħed iqatta’ l-aħħar jiem ta’ ħajtu imma bħala post fejn wieħed jirċievi kura mill-aktar avvanzata b’possibiltà għolja ta’ fejqan.
Dan qalu l-Ministru tas-Saħħa, l-Onor. Dr. Louis Deguara meta kienqiegħed jinawgura n-Neuro-Rehabilitation Unit fl-Isptar Sir Paul Boffa.  Kienu diversi l-okkażjonijiet riċenti meta ġew introdotti servizzi jew infetħu swali ġodda biex ikomplu jaqdu l-ħtiġijiet tal-pazjenti l-aktar fil-qasam ta’ l-onkoloġija u dermatoloġija.

Fl-isptar Boffa għaddej programm ta’ tisħiħ ta’ servizzi.  Ftit ilu fid-Dipartiment tad-Dermatoloġija, infetaħ l-Outpatients u qiegħed jiġi organizzat dan is-servizz.  Hemm il-ħsieb li jiżdied in-numru ta’ sodod fid-Dipartiment ta’ l-Onkoloġija u ser tinfetaħ Day Ward fejn pazjenti li jkunu qegħdin jieħdu l-kimoterapija jkunu ttrattati b’aktar kumdità u privatezza.  Hemm ippjanat ukoll li tinfetaħ sala fejn jingħata trattament paljattiv lil dawk b’mard terminali.  Dan kollu minkejja l-bini ta’ l-isptar Mater Dei. Il-kura lill-pazjent trid tingħata meta jkollu bżonnha. 

Il-Ministru qal li s-servizz li qiegħed jiġi inawgurat illum huwa intenzjonat għall-pazjenti li wara inċidenti serji jkollhom problemi fis-sistema nervusa.  Dan jinkludi kemm strokes kif ukoll trawma fiżika fil-moħħ jew fl-ispina.  Il-Unit ta’ rijabilitazzjoni żviluppa matul is-snin fejn għall-ewwel kien joffri biss servizzi għal dawk li jsofru korrimenti fir-ras u l-ispina u kienu jinżammu fl-iSpinal Unit.  Illum dan is-servizz qiegħed jiġi wkoll offrut lil pazjenti li jsofru puplesija speċjalment dawk taħt is-sittin sena.  

L-isptar Boffa huwa attrezzat b’unit eċċellenti li toffri fiżjoterapija u terapija okkupazzjonali.  Is-servizz li qed jiġi inawgurat illum jimla vojt li ilu jeżisti għax pazjenti taħt is-sittin sena ma kienx ikollhom fejn jagħmlu riħabilitazzjoni għaliex ma kienux jinżammu għal perjodu twil fl-isptar San Luqa u anqas kienu jiġu aċċettati f’Zammit Clapp minħabba li jkunu ta’ età anqas minn sittin sena.  Issa in-Neuro Rehabilitation Unit se toffri servizz ta’ rijabilitazzjoni għal perjodu neċessarju biex il-pazjenti jingħataw taħriġ biex ikunu indipendenti meta jirritornaw f’darhom. 

Biex infetaħ dan il-unitsar ħafna xogħol preparatorju billi numru ta’ social cases f’dan l-isptar ġew trasferiti għar-Residenza San Vincenz.  Dan ħoloq ukoll l-ispazju biex ikomplu jiġu żviluppati servizzi ta’ l-onkoloġija u d-dermatoloġija li sfortunatament il-każi qed jiżdiedu b’mod mgħaġġel.
Il-Unit tar-rijabilitazzjoniqiegħed jissemma għal Professur Luis Vassallo li kien fost il-pijunieri ewlenin fil-qasam tan-newroloġija.  Ħafna tobba li kienu studenti tiegħu jiftakruħ bħala professjonist eżemplari, dedikat, għalliem b’karattru umli.
Ix-xogħol kollu li sar fuq din il-Unit sar mill-ħaddiema tad-Diviżjoni tas-Saħħa taħt is-superviżjonita’ l-awtoritajiet ta’ l-isptar Boffa.  Il-Ministru irringrazzja lil dawk kollha li għenu biex sar ix-xogħol.
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Inawgurat bust ta’ Ġorġ tal-Mużew fl-Isptar Mater Dei b’tifkira tal-ħidma tiegħu fost dawk vulnerabbli

PR261936

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA I...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERATION OF THE GRAND HARBOUR  ERA launches anniversary publication: A decade of protecting Malta’s natural future

PR261935en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERAT...

More Press Releases Right arrow