Daqshekk skart mill-industrija tal-bini u tal-kostruzzjoni fil-Maghtab
pr801
01/07/2003
| Mil-lum | 1 ta’ Lulju 2003, l-iskart mill-industrija tal-bini u l-kostruzzjoni mhux ser jithalla’ jintrema’ fis-siti tal-Maghtab u eventwalment f’tal-Qortin. Dettalji dwar il-kuntratt sabiex dan it-tip ta’ skart jigi rkuprat, milqugh, immaniggjat u processat li ghadu kemm inghata mill-Gvern, gew spjegati mill-Ministru ghar-Rizorsi u l-Infrastruttura Ninu Zammit waqt Konferenza Stampa. |
| Permezz | ta’ dan il-kuntratt, maghruf bhala Package One, il-Gvern qed izomm l-impenn tieghu sabiex jinghalqu l-mizbliet tal-Maghtab u tal-Qortin fi zmien stipulat. Minkejja dan il-kuntratt, il-Gvern izomm id-dritt li jircievi dan it-tip ta’ materjal go dawn is-siti skond kif jkun mehtieg. |
| Minkejja | li diversi Gvernijiet hassew il-htiega li l-iskart iggenerat mill-industrija tal-bini jibda jigi utilizzat biex jigu riabilitati l-barrieri li m’ghadhomx jintuzaw, id-dewmien biex dan l-arrangament isehh juri b’mod car id-diffikultajiet li ffaccjaw l-amministrazzjonijiet diversi. |
| Il-Ministru | Zammit spjega li l-kuntratt huwa bbazat fuq pjan ta’ hames snin sabiex il-Gvern jizgura li dan l-iskart jigi mormi b’mod sostenibbli. Il-kuntratt gie moghti lill-konsorzju maghmul minn Polidano Brothers Ltd. u (SWR Co. Ltd) Staedterinigung West Nolting GmbH & Co. KG (Germanja). |
| Fil-perjodu | ta’ dan il-kuntratt, li matulu r-rata ta’ hlas ghar-rimi tibqa’ dik stabbilita mill-Gvern, irid jigi provdut bizzejjed spazju fejn jista’ jigi processat dan l-iskart. Bhalissa s-sit tal-Mejda, f’Hal-Kirkop qed jigi utilizzat ghad-depozitu ta’ l-iskart u l-barriera tal-Bellula fis-Siggiewi qeghdha tintuza ghar-riciklagg. Mid-19 ta’ Mejju sa Gunju dahlu madwar 155,000 tunnellata ta’ dan it-tip ta’ skart f’dawn is-siti u matul Gunju l-ammont ta’ skart ta’ dan it-tip li jidhol il-Maghtab naqas b’madwar 50%, meta mqabbel ma’ l-istess xahar tas-sena l-ohra. Saru applikazzjonijiet sabiex jinhargu permessi fuq barrieri ohrajn kemm f’Malta kif ukoll f’Ghawdex. |
| Fis-sena | 2002, 1.23 miljun tunnellata ta’ skart mill-industrija tal-bini gew depozitati fil-mizbla tal-Maghtab. Ir-rimi ta’ dan l-iskart kompla jizdied sostanzjalment matul din is-sena u l-ammont li gie depositat fl-ewwel hames xhur tas-sena kien qed jindika li madwar 1.5 miljun tunnellata kienu ser jintremew fil-Maghtab fis-sena 2003. Dan il-volum ta’ skart jammonta ghal aktar minn 80% tal-materjal li jigi depozitat il-Maghtab, sostna l-Ministru ghar-Rizorsi u l-Infrastruttura. |
| F’Marzu | u f’April tas-sena 2003, il-Gvern ha l-inizjattiva biex juza il-barriera li kienet proprjeta’ tieghu b’dan it-tip ta’ skart. F’din il-barriera li hi maghrufa bhala ta’ Kandja gew depozitati 60,000 tunnellata ta’ terrapien u dan is-sit ser jinbidel minn scrapyard ghal uzu ghall-beneficcju ta’ l-agrikoltura. |
| Gie | spjegat ukoll li l-ghotja ta’ dan il-kuntratt huwa pass deciziv sabiex il-Gvern jizgura li s-siti tal-Maghtab u tal-Qortin jigu mmaniggjati b’mod effettiv. B’hekk il-Gvern ikun qed jimxi skond l-obbligazzjonijiet nazzjonali u internazzjonali. Dan il-kuntratt, kif ukoll kuntratti ohrajn li qed jigu negozjati, ser iwasslu ghall-gheluq u r-rijabilitazzjoni tal-Maghtab. |
| B’dan | il-kuntratt, ir-restawr tal-barrieri ser ikun possibbli u dan ser jghin sabiex tigi protetta l-watertable u sabiex jitnaqqas ir-riskju tal-kontaminazzjoni. Il-kuntrattur ghandu obbligi sabiex jirkupra u jirricikla ammonti stipulati mill-iskart li jircievi. B’hekk jitnaqqas l-ammont ta’ skart ta’ l-eskavazzjoni u tal-kostruzzjoni skond ma’ tghid l-Istrategija ghall-Immaniggjar ta’ l-Iskart 2001. Il-persentagg ta’ l-ammont li jrid jigi rkuprat jitla’ minn 4% fil-bidu tal-kuntratt sa 16% lejn l-ahhar tal-kuntratt. |
| Il-Ministru | Ninu Zammit tenna li l-kumpanija WasteServ Malta Ltd. hija kumpanija tal-Gvern li issa hija responsabbli ghall-Immaniggjar u s-supervizjoni tal-facilitajiet u tas-siti fejn jigi mmaniggjat l-iskart. WasteServ Malta Ltd., kienet u ghadha responsabbli sabiex tavza lill-kuntratturi dwar fejn ghandhom jiddisponu mill-iskart tal-bini. |
| Fil-frattemp | qed jittiehdu l-mizuri kollha necessarji sabiex skart bhal, Oil Sludge, Tyres, u Chemical Solvents ma jintremewx il-Maghtab. Sabiex dan isehh, bdew jigu identifikati arrangamenti ohra bhal shredding ta’ tyres ghall-hazna u esportazzjoni, hazna u esportazzjoni ta’ kimici u attivitajiet ohra. |
| Fliexken | tal-plastik migbura minn diversi inizjattivi kif ukoll mill-programm ta’ separazzjoni ta’ l-iskart qed jigu esportati ghar-riciklagg. B’dan l-impenn u permezz ta’ kampanja edukattiva, Progett Skart, qieghed idahhal incentivi sabiex kulhadd, specjalment l-industrija tal-bini, jithajjar jerga’ juza’ materjal tajjeb qabel ma jarmih. |
Other Press Releases:
PR261936
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA I...
PR261935en