Left arrow Go Back

IL-KAMPANJA CLEAN UP THE SEAS 2003 TIBDA F’WIED IZ-ZURRIEQ

PR799
Date Icon 30/06/2003

L-ewwel minn sensiela ta’ erba’ attivitajiet tal-Kampanja Clean Up the Seas saret illum go wied iz-Zurrieq fejn ghal din l-attivita` attenda wkoll il-Ministru ghar-Rizorsi u l-Infrastruttura l-Onor. Ninu Zammit. 

Din l-attivita` tikkonsisti f’tindifa fil-qiegh tal-bahar b’mod manwali minn ammont ta’ ghaddasa li lkoll joffru s-servizz taghhom b’mod volontarju. Waqt li kien qed ikellem lill-partecipanti, il-Ministru Ninu Zammit qal li hafna mit-turisti li jigu lejn xtutna matul ix-xhur tas-sajf jigu specifikament, minnabba l-bahar sabih li ghandha f’pajjizna u ghalhekk zied jghid li  huwa importanti hafna li nzommu l-bajjiet u l-bahar taghna kemm jista’ jkun indaf.  Hu qal li “Hawn settur ta’ turisti li jigu lejn pajjizna biex jesperimentaw jew jipprattikaw l-isport ta’ taht il-bahar billi jghoddsu fl-ibhra taghna.  Hija haga tal-misthija li dawn l-ghaddasa jinzlu taht l-ilma minghalihom ser jaraw hafna hut u hlejjaq ohra, u minnflok jaraw hafna skart u mbarazz li nkunu rmejna fil-bahar taghna ahna l-Maltin stess”.  

Ninu Zammit spjega li konxji mill-fatt li t-Turizmu huwa wiehed mill-industriji ewlenin ta’ pajjizna, u sew jekk direttament jew indirettament, dan is-settur ihaddem eluf ta’ Maltin u Ghawdxin ghandna iktar u iktar nibzghu ghal ambjent u fejn hu possibli nedukaw lil xulxin.  Il-harsien ta’ l-ambjent jaffettwa dak kollu li hawn madwarna – il-wirt storiku, l-arja, l-indafa, il-hlejjaq kollha, il-hxejjex u l-fjuri u l-bahar fost l-ohrajn.  “Ahna, l-generazzjoni tal-lum, ghandna l-obbligu li nharsu l-wirt storiku, naturali u ambjentali li writna minghand missirijietna, biex inkunu nistghu nghadduh lil uliedna jekk hu possibbli ahjar milli sibnieh” tenna l-Ministru ghar-Rizorsi u l-Infrastruttura.   

Waqt li iktar tard kien qed jindirizza lill-ghaddasa, li hadu sehem f’din id-Dive f’Wied iz-Zurrieq, il-Ministru Zammit irrimarka li kif jaf kulhadd, pajjizna huwa gzira, u ghalhekk huwa mdawwar bil-bahar.  Ghaldaqstant, il-bahar ghandu parti importanti mhux ftit fil-hajja taghna l-Maltin.  Hu qal li kien u ghadu l-mezz li bih, bosta Maltin u Ghawdxin jaqilghu l-ghixien taghhom.  Izda mhux biss, illum il-gurnata, huma hafna dawk il-Maltin u l-Ghawdxin li ghandhom xi dghajsa jew xi bicca opra tal-bahar li juzawha ghall-mistrieh taghhom jew bhala passatemp. “Ahna l-Maltin ghandna l-kultura falza li nzommu nadif kull fejn naraw, izda fejn ma narawx qisu mhux taghna u ghalhekk sfortunatament hafna huma dawk li jiddisponu mill-iskart fil-bahar specjalment fix-xhur tas-sajf” kompla jsostni l-Ministru Zammit.   

Fir-rigward taz-zoni urbani hu spjega li filwaqt li nzommu d-djar taghna ndaf, ftit nies ghad ghandhom it-tendenza li ma jiddejqu xejn li jarmu, cookers, fridges, saqqijiet u affarijiet ohra fil-kampanja, bhallikieku hemmhekk mhux taghna l-Maltin ukoll.  Ninu Zammit qal li dan jghodd ukoll ghall-bahar.  “Nahsbu li, ghax ma nibqghux narawh, u ghax il-bahar huwa vast, dan jiflah jibla’ l-iskart kollhu li ahna nitfghu go fih.  Izda l-istojra ma tmurx ezattament hekk, ghaliex l-iskart li jitwaddab  fil-bahar ghandu mpatt kbir fuq il-hlejjaq li jghixu hemmhekk”.   

Finalment, il-Ministru Zammit irringrazzja lill-ghaddasa kollha li bil-koordinazzjoni ta’ Tony Mallia miz-Sezzjoni ta’ l-Oil Pollution, b’mod volontarju, illum naddfu il-bahar f’Wied iz-Zurrieq u gabru ammont konsiderevoli ta’ skart mill-qiegh. Hu sostna li jispera li din l-attivita’ isservi biex titqajjem kuxjenza ikbar biex nibzghu ghall-bahar u l-ambjent kollu taghna. Hu temm jghid “Perswaz li dan is-Sajf ser iservi bhala bidu ghat-triq twila li ghandna sabiex innaqsu drastikament kull inkonvenjent specjalment skart fil-bajjiet u xtajtiet li huma tant importanti ghal pajjizna”. 

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Inawgurat bust ta’ Ġorġ tal-Mużew fl-Isptar Mater Dei b’tifkira tal-ħidma tiegħu fost dawk vulnerabbli

PR261936

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA I...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERATION OF THE GRAND HARBOUR  ERA launches anniversary publication: A decade of protecting Malta’s natural future

PR261935en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERAT...

More Press Releases Right arrow