Left arrow Go Back

DISKORS MILL-ONOR. DR. TONIO BORG, MINISTRU GHALL-GUSTIZZJA U L-INTERN, FIL-FTUH TA’ SEMINAR DWAR “IL-MEDIA U L-PULIZIJA” – VALLETTA – 25.06.2003

PR776
Date Icon 25/06/2003

L-ewwel nett nixtieq nirringrazzja lil Fondazzjoni Tumas Fenech li ghenet biex dan is-seminar ikun jista’ jsir. 

Il-glieda kontra l-kriminalità mhux il-glieda tal-pulizija biss, imma hija glieda li ghandha tinvolvi lil kulhadd fi sforz mis-socjetà kollha. Huma hafna s-setturi tas-socjetà li jistghu jghinu lill-pulizija fit-trazzin tal-kriminalità. Hu fatt maghruf li fejn tkun involuta l-komunità ta’ lokalità, per ezempju fi progett ta’ neighbourhood watch, il-kriminalità tonqos. Importanti hafna hija l-media.  

U ghalhekk fraht meta nfurmawni li kien ser jigi organizzat dan is-seminar, ghax proprju nemmen li din hija okkazjoni li minnha jistghu jiggwadanjaw kemm il-Korp tal-Pulizija u kemm il-media lokali, kemm dik miktuba u kemm dik imxandra.  

Illum anki l-kriminalità tbiddlet. Zdiedu u qed jizdiedu kuljum reati godda – il-hasil tal-flus, cybercrime, l-uzu ta’ mezzi moderni ta’ komunikazzjoni ghal reati bhal pedofilija, traffikar ta’ droga, frodi, reati ekonomici u sahansitra traffikar ta’ nies. 

U l-Pulizija trid issir dejjem iktar efficjenti fil-glieda kontra l-kriminali u ghalhekk huwa essenzjali li l-Pulizija zzomm ruhha aggornata fit-teknologija biex tkun tista tiggieled kontra dawn il-kriminali godda. 

Anki il-media llum evolviet hafna. Fl-era tal-teknologojia ta’ l-informatika u l- komunikazzjoni, il-media qed issir iktar esigenti, qed tfittex u tinvestiga. Il-media llum qed twassal stejjer li dari rari kienu jigu rappurtati. Il-media saret iktar investigattiva. Dan fih innifsu huwa tajjeb, anzi jghin biex l-awtoritajiet jibqghu dejjem attenti f’dak li jaghmlu.  

Il-Pulizija trid tiehu in konsiderazzjoni l-htigijiet tal-media moderna, li llum m’ghadiex tikkuntenta bi stqarrija li tigi rrappurtata kelma b’kelma. Il-media llum trid izjed informazzjoni. Gurnalisti illum qed ifittxu xhieda, jintervistaw sopravissuti, eroj u xhieda ta’ reati. Il-media tirrapporta permezz ta’ filmati u ritratti, grajjiet li jkunu qed isehhu madwarna f’hin reali. Ftit ilu, id-dinja kollha ghexet il-11 ta’ Settembru dirett, segwiet il-gwerra fl-Iraq u ta’ kuljum qed naraw immagini ta’ dak li qed jigri fil-Lvant Nofsani. In-networks tat-televizjoni illum saru mondjali u l-ahbarijiet jigu trasmessi ftit minuti wara li jkunu sehhew il-grajjiet. 

U hawn fejn tidhol il-koperazzjoni bejn il-media u l-pulizija. Anki f’Malta imxejna ’l quddiem. Illum isiru press briefings regolari biex il-media tinghata informazzjoni dettaljata li ta’ dak kollu li l-Pulizija tkun qed taghmel.  

Ftit tas-snin ilu nholqot sezzjoni li tikkomunika fuq bazi regolari mal-media, li issa ghandha punt ta’ riferiment ufficjali. Izda stqarrija ghall-istampa tista’ ma tkunx bizzejjed ghal gurnalist li sar irid iktar minn stqarrija, izda jkun irid jinvestiga u jidhol fid-dettal ta’ l-istejjer.  Madankollu huwa importanti li l-media taghti l-messagg it-tajjeb lill-pubbliku. Ghalhekk l-uzu ta’ konferenzi stampa fuq avvenimenti importanti mill-Korp tal-Pulizija ghandu jkompli, b’rispett shih lejn id-drittijiet ta’ persuni investigati, u minghajr ma ssir hsara ghall-investigazzjoni li tkun ghadha ghaddejja. 

Huwa essenzjali ukoll li l-media tkun taf kif tahdem il-pulizija, liema huma s-sezzjonijiet specjalizzati u kif jiffunzjonaw. M’ghandix dubju li media mgharrfa  tista’ tkun mezz iehor ghall-pulizija kontra l-kriminalità. Gurnalist jista’ jghin ghax kapaci jinfluwenza lill-pubbliku in generali u kapaci jwassal il-messagg tal-pulizija lic-cittadini.  

B’dan kollu gieli jkun hemm kazi fejn il-media tista’, minghajr l-ebda intenzjoni hazina, tfixkel l-investigazzjonijiet. Ikun hemm okkazjonijiet meta, sforz il-herqa u z-zelu taghhom biex jinvestigaw, xi gurnalisti jistghu jfixklu x-xoghol tal-pulizija.  

Huwa ghalhekk importanti li jinholoq rapport serju bejn iz-zewg partijiet. Nemmen li l-ghan ahhari tat-tnejn, kemm ta’ l-awtoritajiet tal-pulizija u kemm tal-gurnalisti, huwa li jiggieldu l-kriminalità, tkun fejn tkun. 

Ir-relazzjonijiet pubblici huma r-reputazzjoni – ir-rizultat ta’ dak li taghmel, dak li tghid u x’jghidu ohrajn dwarek – li jghinuk tikseb l-appogg li jinfluwenza l-opinjoni pubblika.  Il-Pulizija zgur li, iktar minn kull organizzazzjoni ohra, ghandha bzonn dan, ghax difficli li tikseb success minghajr il-koperazzjoni tal-pubbliku. U ghalhekk ir-relazzjoni tajba mal-media, li tista’ tinfluwenza hafna lill-pubbliku, hija essenzjali.  

Ghalhekk seminar bhal dan jista’ jghin mhux ftit biex iz-zewg partijiet jersqu vicin xulxin, isiru jafu l-htigijiet ta’ xulxin biex b’hekk ikunu jistghu jghinu lil xulxin ghall-gid u s-sigurtà tal-komunità ta’ pajjizna. Nawgura success lil dan is-seminar u nittama li minnu johorgu idejat biex tizdied il-koperazzjoni bejn il-pulizija u l-media miktuba u dik imxandra.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Inawgurat bust ta’ Ġorġ tal-Mużew fl-Isptar Mater Dei b’tifkira tal-ħidma tiegħu fost dawk vulnerabbli

PR261936

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA I...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERATION OF THE GRAND HARBOUR  ERA launches anniversary publication: A decade of protecting Malta’s natural future

PR261935en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERAT...

More Press Releases Right arrow