L-ONOR. FRANCIS AGIUS INIEDI FULJETT GHALL-ANZJANI
Is-Segretarju Parlamentari l-Onor. Francis Agius dalghodu nieda fuljett flimkien ma’ l-assocjazzjoni tal-Gerentologija u l-Gerjatrika. Dr. Agius qal li f’dan il-fuljett, li huwa l-ewwel wiehed f’din is-serje, ser ikun hemm forma ta` edukazzjoni ta` kif l-anzjani ghandhom jipprotegu lilhom infushom mill-kesha u s-shana.
Madwar, 73,000 mill-popolazzjoni taghna hija anzjana u ghalhekk hemm bzonn li jkun hemm iktar edukazzjoni u taghlim sabiex il-poplu jkun jista` jghin lil din il-parti tas-socjeta`, li iktar ma jmur qed tikber. Is-Segretarju Parlamentari kompla jghid, li hu interessat li jara li l-istaff li jahdem f’dan il-qasam jiehu t-tahrig mehtieg halli jkun jista’ jaggorna ruhu maz-zmien li fih qeghdin nghixu.
Illum, hafna mill-anzjani qed jkunu iktar konxji dwar il-problema tad-demenzja u ghalhekk hemm bzonn ta` iktar edukazzjoni kif jigu trattati dawn il-persuni.
Dr. Agius temm ighid li kif kulhadd jaf, dan huwa zmien krucjali tas-sena fejn is-shana taffettwa bil-kbir lill-anzjani taghna. Ghalhekk, inhasset il-htiega li jinhareg dan il-fuljett halli tikber l-informazzjoni f’dan il-qasam.
Dan il-fuljett jista` jinkiseb mill-Kunsilli Lokali, Day Centres, mid-djar ta’ l-anzjani u mir-Residenza ta’ San Vincenz de Paul.
Stqarrijiet Oħra:
PR261936
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA I...
PR261935en