STQARRIJA MILL-MINISTERU TAL-GUSTIZZJA U L-INTERN DWAR L-IMMIGRANTI LLEGALI
Qed issir referenza ghal stqarrija mahruga mill-Onor. Dr. Gavin Gulia, Kelliem Ewlieni ta` l-Oppozizzjoni ghall-Intern, dwar l-immigranti llegali.
Fl-istqarrija tieghu, l-Onor. Gulia qal li ma jidhirx li l-Gvern qed jaghmel l-almu tieghu sabiex pajjizi ohrajn ighinu lil Malta fir-rigward ta’ din il-problema. Din l-allegazzjoni hija stramba meta wiehed iqis li hija l-Unjoni Ewropea li ghandha strutturi u fondi li jistghu, in parti, jghinu sabiex il-problema ta` immigrazzjoni illegali tigi merfugha minn, u maqsuma bejn, diversi pajjizi; u mhux minn pajjiz wiehed. Din hija l-istess Unjoni Ewropea li ghal snin shah, l-Oppozizzjoni - li minnha jifforma parti l-Onor. Gulia - dejjem opponiet li Malta ssir membru taghha.
Fil-fatt, fi hdan l-Unjoni hemm il-‘European Refugee Fund’, li Malta tista` tippartecipa fih meta ssir membru. Barra minn dan, fi hdan il-Kunsill tal-Ministri ghall-Gustizzja u l-Intern ta` l-Unjoni, li Malta diga` qed tippartecipa fih bhala osservatur, qed issir hidma kontinwa dwar kontroll ta` din il-problema ta` immigrazzjoni illegali, fosthom hidma sabiex l-Unjoni Ewropea ghan-nom tal-membri kollha, tinnegozja ftehim ta` ri-ammissjoni ma` pajjizi li minnhom jitilqu l-immigranti llegali.
Dwar ic-centri ta` detenzjoni, ta` min wiehed isemmi li bis-sahha tal-hidma tal-Pulizija, in-numru ta` immigranti llegali, mizmuma f`pajjizna huwa l-iktar wiehed baxx f`dawn l-ahhar tnax-il xahar. Dan kien dovut ghal programm ta’ rimpatriazzjoni ta` klandestini, kif ukoll processar ta` mijiet ta` applikazzjonijiet ghal `status` ta` refugjat jew ‘status umanitarju’.
Il-protesti ricenti tal-klandestini, flimkien ma’ l-irvell li sehh fid-Depot tal-Pulizija, ma sehhewx minhabba l-kondizzjonijiet taghhom, izda ghaliex iridu l-liberta`; haga li ma tistax issir, jekk irridu nikkontrollaw il-problema tal-klandestini.
Il-Gvern qed jaghmel minn kollox biex min haqqu l-protezzjoni tal-Ligi dwar ir-Refugjati, li l-Gvern Nazzjonalista introduca fl-2001, din tinghatalu. Min ma haqqux din il-protezzjoni, irid imur lura lejn pajjizu.
Ghar-rigward ta’ l-allegazzjoni ta` l-Onor. Gavin Gulia, dwar il-kondizzjonijiet tac-centri ta` detenzjoni, din ukoll hija allegazzjoni stramba meta wiehed iqis li l-gurnal ‘It-Torca’, fil-harga tal-15 ta` Gunju 2003, ikkritika l-fatt li l-Gvern fetah “open centres” ghall-immigranti li jinghataw protezzjoni, u addirittura, fl-ewwel pagna ta’ l-istess harga, tkaza li filwaqt li hemm Maltin bla dar, il-Gvern fetah “lukanda” ghall-klandestini - rapport li bl-ebda mod ma gie kkritikat mill-Kelliem Ewlieni ta` l-Oppozizzjoni ghall-Intern.
Other Press Releases:
PR261936
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA I...
PR261935en