Left arrow Go Back

Ċentru Ġdid għall-Kunsill Nazzjonali tal-Kurrikulu

PR76
Date Icon 22/01/2003
Il-Ministru ta' l-Edukazzjoni, l-Onor. Dr. Louis Galea inawgura l-binili għandu jservi bħala ċ-Ċentru l-ġdid għall-Kunsill Nazzjonali tal-Kurrikulu.
Il-Ministru Louis Galea waqqaf il-Kunsill Nazzjonalidwar il-Kurrikulu f'Marzu ta' l-2001, bħala parti mill-proċess ta' riforma li ġab miegħu l-Kurrikulu Nazzjonali l-Ġdid li kien ippublikat fl-1999.
Wara l-pubblikazzjoni tal-Kurrikulu "Inwelldu l-GejjieniFlimkien", il-Gvern adotta l-Pjan għall-Implimentazzjoni tal-Kurrikulu li tħejja matul is-sena 2000. Fost l-oħrajn il-Pjan jipproponi t-twaqqif tal-Kunsill Nazzjonali tal-Kurrikulu bħala l-istruttura ċentrali, filwaqt li jaħseb ukoll għall-istrutturi li huma meħtieġa fl-iskejjel, għat-taħriġ, evalwazzjoni u riċerka ta’ metodi użati u tar-riżultati li jkunu qed jinkisbu.

Iċ-Ċentru l-ġdid ghandhu dawn il-faċilitajiet:

  • Foyer li jagħti servizz ta’ informazzjoni u direzzjoni, u jservi wkoll ta’ post fejn in-nies li jiġu ċ-Ċentru biex jaħdmu jew ifittxu tagħrif ikunu jistgħu jiltaqgħu;
  • Kmamar attrezzati bil-faċilitajiet għal-laqgħat, seminars, presentations, eċċ. Dawn jintużaw mill-Kunsill innifsu u mill-Focus Groups;
  • Librerija bil-faċilitajiet kollha moderni;
  • Kmamar multi-purpose li jistgħu jservu bħala swali jew bħala kmamar għal workshops;
  • Workshops fejn gruppi ta’ għalliema, esperti u tekniċi jsibu faċilitajiet għall-iżvilupp tal-kurrikulu ta' l-iskejjel u għall-produzzjoni ta’ riżorsi edukattivi;
  • Faċilitajiet oħra li jitlob post bħal dan għall-użu ta’ min iqatta' ħin jiltaqa’ u jaħdem fiċ-Ċentru.
Naturalment il-post se jkun aċċessibligħall-persuni b’diżabilita u madwaru hu maħsub li jkun hemm parkeġġ kif ukoll ambjent li jilqgħek. Iċ-Ċentru se jkun jista’ jitkabbar billi jitla sular ieħor meta jiżdied l-użu tal-post.
Ix-xogħol strutturali sar mill-Fondazzjonigħall-Iskejjel ta' Għada. L-investiment li sar f'dan iċ-Ċentru jlaħħaq l-Lm110,000. L-istess Fondazzjoni qed twettaq programm ta' immodernizzar fl-iskejjel kollha tal-Gvern.
Il-Kunsill Nazzjonali dwar il-Kurrikulu hu magħmulmill-imsieħba kollha li għandhom interess fit-tmexxija tal-qasam edukattiv f'pajjiżna, kif ukoll minn rappreżentanza ta' dawk li jibbenefikaw mill-edukazzjoni ta’ uliedna, bħal ma huma l-ġenituri u il-komunita' lokali. L-iskop tal-Kunsill hu li jiggwida, jissorvelja u jwieżen it-twettiq tal-Kurrikulu Nazzjonali. Il-Kunsill jevalwa u jivverifika l-kwalita' u l-istandards ta’ l-edukazzjoni fl-iskejjel Maltin u Għawdxin.
Il-Kunsill hu strument nazzjonali bid-dmir lijiżgura t-trasparenza, il-parteċipazzjoni u l-kwalita' fl-edukazzjoni ta’ bejn it-3 u s-16-il sena fl-iskejjel kollha Maltin, kemm ta’ l-iStat kif ukoll skejjel tal-Knisja u Indipendenti. Il-Kunsill għandu d-dritt jissalvagwardja l-opportunitajiet indaqs u jġib 'l quddiem l-istandards u d-dritt ta' l-istudenti għal edukazzjoni ta’ kwalita'. Il-Kunsill jrid jindika x’inhuma l-prioritajiet nazzjonali fl-edukazzjoni biex jintlaħqu l-miri tal-Kurrikulu Nazzjonali.

Fost il-miri tal-Kunsill insibu:

  • l-appoġġ lill-iskejjel biex jiżguraw livelli għolja ta’ tagħlim;
  • evalwazzjoni u verifika edukattiva;
  • sorveljar u riċerka.
Il-Kunsill Nazzjonali dwar il-Kurrikulu waqqafħmistax-il Focus Group. Kull Focus Group qed jikkonċentra fuq temi u aspetti differenti tal-Kurrikulu. Il-Pjan ta' Azzjoni ta' kull Focus Group diġa' kien ippreżentat lill-Kunsill. Il-Kunsill evalwa kull Pjan u regolarment qed isegwi il-ħidma ta' l-istess Focus Groups.
Dr. Louis Galea qal li fl-iskejjel tagħna għaddejjaħidma kontinwa favur it-titjib ta' l-edukazzjoni. Il-Ministru qal li minbarra diversi programmi ta' taħriġ, pubblikazzjonijiet u laqgħat għall-ġenituri bdejna wkoll naraw inizjattivi ġodda fl-iskejjel.
Fost dawn l-inizjattivi nsibu l-iżvilupp fit-tagħlimtal-lingwi; xogħol li għandu jwassal biex jiddaħħal il-portfolio fl-iskejjel; riċerka dwar il-kurrikulu tas-Sekondarji; abbozz ta' sillabu ġdid għal suġġetti bħal PSE u t-Teknoloġija fis-Sekondarji; proġetti tax-xjenza u t-teknoloġija fil-Primarji; survey u proġetti favur id-demokrazija fl-iskejjel; tkattir tal-programm tal-Let Me Learn; ħidma biex fl-iskejjel jikber l-għarfien dwar l-ugwaljanza bejn is-sessi u d-dinja tax-xogħol; ħidma biex jinfetħu l-iskejjel ta' l-iStat għall-komunita'; tfassil ta' programm bil-għan li jiddaħlu bidliet fil-pedagoġija fl-edukazjoni bikrija u primarja; programm ta' edukazzjoni inklusiva fi 15-il skola; proposti għar-riforma fit-tagħlim tax-xjenza fis-sekondarja u linji-gwida dwar l-użu ta' l-informatika fl-iskejjel.
Il-Ministru Galea sostna li, wara d-deċiżjonijietimportanti li ħa l-Gvern favur l-edukazzjoni f’dawn l-aħħar snin, tinħtieġ risposta urġenti u konvinċenti ta’ impenn imġedded minn dawk kollha li huma nvoluti fl-edukazzjoni u fit-tagħlim ta’ ulied il-poplu. Matul l-aħħar snin Ministri differenti ta’ l-edukazzjoni semgħu, flew, ikkonsultaw u ddjalogaw ma’ kulħadd, u ħafna mill-pariri siewja li ingħataw, qed jieħdu s-sura taħt il-Gvern tal-ġurnata. Iżda fl-edukazzjoni ma jinkisbux ir-riżultati meħtieġa b’Kurrikulu u Kunsill biss. L-edukazzjoni tinbena l-ħin kollu, mill-ġenituri, l-għalliema, t-tfal u l-ambjenti kollha li jkunu fihom.
Il-Ministru temm jgħid li l-Gvern jistenna li daniċ-Ċentru jsir fus importanti mimli attivita' biex jagħti lill-iskejjel tagħna l-appoġġ u l-motivazzjoni li għandhom bżonn biex ikompli jitwettaq il-Kurrikulu.
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-GVERN LOKALI U X-XOGĦLIJIET PUBBLIĊI Kważi nofs miljun ewro f’10 proġetti ta’ playing fields u spazji ta’ rikreazzjoni f’Malta u Għawdex

PR261932

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-GVERN LOKALI U X-XOGĦLIJIET PUBBLIĊI Kważi n...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI Żewġ abbozzi leġiżlattivi biex tkompli tissaħħaħ il-ġlieda kontra l-vjolenza fuq in-nisa u l-vjolenza domestika

PR261931

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI Żewġ abbozz...

More Press Releases Right arrow